Il-Gvern jghaddi l-Gymnasium u zewg Tennis Courts fl-Imtarfa lil Depiro Basket Ball Club
Il-Gymnasium ta' l-Imtarfa li kien infetah ufficjalment mill-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, illum gie mghoddi lir-Rabat Depiro Basket Ball Club li nghata wkoll zewg tennis courts li jaghmlu parti mill-kumpless sportiv ta' l-Imtarfa. Din l-ghotja saret permezz ta' kuntratt li gie ffirmat illum wara nofs inhar fil-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, il-Furjana.
Dawn il-facilitajiet sportivi nghataw mill-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali lid-Depiro Basket Ball Club b'cens ta' Lm2,000 fis-sena ghal 49 sena. Min-naha taghhom d-dirigenti ta' dan il-Club maghruf, se jimpenjaw ruhhom biex permezz tal-gymnasium u t-tennis courts igibu 'l quddiem il-loghob tal-basket ball u t-tennis u anke dixxiplini ohra sportivi. L-iffirmar tal-kuntratt sar fil-prezenza tal-Ministru Portelli u s-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh Sport, Kultura u Arti, in-Nutar Joe Cilia.
Ix-xoghol kollu fuq il-kumpless sportiv tal-Imtarfa kien sar mill-Awtorita' tad-Djar li hija l-entita' responsabbli ghall-izvilupp kollu tal-Imtarfa. Ix-xoghol ta' tiswija fil-gymnasium, li sar fi zmien relattivament qasir, sar fuq inizjattiva tal-Ministru Portelli li ha interess personali fil-progett. Dan ix-xoghol twettaq wara snin shah ta' telqa' taht l-Amministrazzjoni precedenti, li matulhom il-gymnasium kien gie vandalizzat u mholli jitfarrak u jitkisser.
F'diskors li ghamel il-Ministru Portelli qal li x-xoghol li sar fuq il-gymnasium, it-tennis courts u l-basement li hemm taht il-courts gie jiswa' mal-Lm165,000. Huwa ghalhekk appella biex dawk li se jidhlu responsabbli biex imexxu dawn il-facilitajiet jiehdu hsiebhom kif jixraq biex jibqghu jitgawdew tul is-snin. Huwa stqarr li l-Gvern nefaq dawn il-flus kollha ghaliex jemmen fl-importanza ta' l-isports fl-izvilupp tal-bniedem u biex tinholoq socjeta' b'sahhitha.
Il-kuntratt gie ffirmat mic-Chairman ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Victor Galea, filwaqt li ghall-Club tad-Depiro ffirmaw is-Sur Joe Caruana, President u s-Sur John Farrugia, Segretarju.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922