Left arrow Mur Lura

Opportunitajiet ta' Tahrig ghas-Self Employed

PR1128
Date Icon 15/06/1998

Fl-ahhar tal-gimgha li ghaddiet il-Ministru tat-Turizmu u s-Self-Employed, il-Perit Karmenu Vella, kellu laqgha ma' Ufficjali gholja tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig.

Matul din il-laqgha gew diskussi diversi oqsma t'interess u t'importanza ghas-settur tas-Self-Employed. L-Ufficjali tal-Korporazzjoni tkellmu dwar x'inizjattivi li huma diga hadu fir-rigward ta' dan is-settur. Sadanittant il-Ministru tat-Turizmu u Self-Employed tkellem dwar dak li qed jigi ppjanat biex jigu zviluppati l-facilitajiet ta' taghrif u ta' tahrig ghall-haddiema f'dan il-qasam.

Il-Ministru sahaq fuq l-importanza li dan is-settur ikollu l-opportunitajiet xierqa biex ikabbar il-kapacitajiet u l-efficjenza tieghu permezz ta' tahrig u taghrif fuq bazi regolari. B'hekk is-settur tas-Self-Employed ikun f'qaghda ahjar biex ilahhaq ma' l-esigenzi ta' dinja li qeghda tinbidel kuljum f'sens ekonomiku u kummercjali.

Ghaldaqstant il-Ministeru se jahdem biex isahhah aktar il-koperazzjoni bejnu u l-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, bil-ghan li tigi esplorata l-possibilita' ta' taghrif regolari immirat lejn l-istudenti fl-iskejjel tas-snajja u fl-universita'. Opportunitajiet ohra ta' tahrig se jkunu indirizzati lejn dawk li diga' qed jahdmu f'dan il-qasam, kif ukoll, lejn dawk li qed jippjanaw li jaghmlu parti minn dan is-settur fil-futur.

Giet diskussa wkoll il-htiega li l-haddiema ta' dan is-settur jinghataw, fuq bazi regolari, taghrif dwar is-servizzi moghtija lilhom minn istituzzjonijiet, u taghrif dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet taghhom lejn is-socjeta'. Ghalhekk se jigu ppjanati pubblikazzjonijiet, li aktar tard jitqassmu lil kull min hu kkoncernat f'dan is-settur, b'dan it-taghrif mehtieg.

Il-Ministru Karmenu Vella qal ukoll li din il-hidma essenzjali trid tkompli tigi zviluppata u msahha wkoll, mar-rapprezentanti ta' l-ghaqdiet tas-Self-Employed, b'mod partikolari mal-GRTU.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow