Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghall-Harsien Socjali jindirizza l-Laqgha ta' l-I.L.O.

PR1127
Date Icon 15/06/1998

Il-Ministru ghall-Harsien Socjali, l-Prof. Edwin Grech, il-bierah irritorna lura Malta minn Ginevra fl-iSvizzera fejn indirizza is-86 Sessjoni ta' l-Assemblea Generali tal-Ghaqda Internazzjonali tax-Xoghol, l-ILO.

Barra minn hekk il-Ministru Grech kellu wkoll ghadd ta' laqghat bilaterali.

Laqgha mad-Direttur Generali gdid tal-ILO

Il-Ministru Grech kellu laqgha ma' l-Ambaxxatur Juan Somavia tac-Cile, li ghadu kif gie elett Direttur Generali ta' l-ILO. Ma' l-Ambaxxatur Somavia l-Ministru Edwin Grech tkellem dwar it-tigdid tal-ligijiet tax-xoghol f'Malta u l-process ta' konsultazzjoni bejn l-imsiehba socjali biex jitwettaq dan it-tigdid. Tkellem wkoll dwar il-futur ta' l-ILO fejn l-Ambaxxatur Somavia qabel mal-Prof Grech li waqt li jrid jinzamm il-qafas tripartitiku ta' l-ILO ghandhom jinstabu mezzi biex ix-xoghol ta' l-ILO jithaffef aktar.

Laqgha mal-Ministru Andrew Smith

Laqgha ohra kienet mal-Ministru ghax-Xoghol u Opportunitajiet Indaqs tar-Renju Unit, Rt. Hon. Andrew Smith.

Din kient laqgha informattiva li fiha l-Ministru Smith spjega fid-dettal lill-Ministru Grech, u d-delegazzjoni tieghu, kif qed tithaddem il-politika tal-Gvern Laburista Gdid Ingliz fil-qasam tal-holqien tax-xoghol. Din il-politka gdida, maghrufa bhala in-" New Deal ", hija mahsuba biex thajjar u tghin lil dawk li ilhom jirregistraw ghal zmien twil biex ma jibqghux jiddependu fuq l-ghajnuna socjali u biex minflok isibu xoghol maghqud ma' programm ta' tahrig f'dak li qed jissejah " Welfare to Work ".

Il-Ministru Smith stieden lill-Ministru Grech biex jibghat delegazzjoni Maltija biex izzur ir-Renju Unit halli tara mill-qrib kif qed tithadem din il-politka gdida fil-qasam tax-xoghol.

Laqgha ma' Joe Fazzio, Direttur tad-Divizjoni tal-Koperattivi tal-ILO

L-ahhar laqgha tal-Ministru Grech kienet ma' Joe Fazzio, Direttur tad-Divizjoni tal-Koperattivi ta' l-ILO. F'din il-laqgha ntlahaq qbil dwar ghajnuna mill-ILO biex jintbaghat espert taghha halli jghin fit-tigdid tal-ligi tal-Koperattivi Maltija.

Il-Ministru Grech kellu wkoll l-opportunita` li jiltaqa' mal-kommunita Maltija f'Ginevra waqt riceviment informali li organizza l-Ambaxxatur Malti, s-sur Michael Bartolo. F'din il-laqgha socjali l-Ministru Grech kellu l-opportunità jiltaqa' mal-Maltin li jahdmu fl-organi tal-UN f'Ginevra.

Id-diskors tal-Ministru Edwin Grech isegwi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow