Left arrow Mur Lura

Mijiet ta' mpjiegi godda fil-progett tal-Kottonera

PR1126
Date Icon 15/06/1998

Il-progetti marbutin mal-Kottonera mistennija jhaddmu mijiet ta' nies kemm b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett bl-attivita' gdida ekonomika li kienu se joholqu. Tliet progetti ewlenin immirati direttament lejn il-Kottonera huma l-progetti tal-Marina tal-Birgu, il-Forti Sant'Anglu u l-Marine Park flok il-Bacir Numru 1 tat-Tarzna. Dawn il-progetti, li huma kollha marbutin flimkien katina wahda, huma mahsubin biex jaghtu nifs gdid u attivita` kummercjali gdida lill-Kottonera.

Il-Gvern huwa konxju li l-Kottonera kienet thalliet abbandunata ghal snin twal u kienet sfat trasformata ingustament f'zona dipressa. Bl-appogg tal-Kunsilli Lokali tal-Kottonera matul l-ahhar tmintax-il xahar, il-Gvern hareg b'ideat godda kif dawn l-inhawi jigu trasformati f'wahda mill-isbah centri turistici tal-gzejjer Maltin.

IL-YACHT MARINA TAL-BIRGU

Wara assenza ta' tletin sena, resaq investiment Amerikan lejn Malta billi wera interess li jizviluppa x-Xatt tal-Birgu f'Yacht Marina ewlenija. B'dan il-progett yachts lussuzi jibdew isorgu fil-Birgu, jinholqu mijiet ta' impjiegi godda ghan-nies tal-Kottonera, mijiet ta' turisti godda jibdew izuru l-Kottonera u jigi ggenerat negozju gdid u jinfethu ristoranti u hwienet godda fil-Kottonera.

ATTRAZZJONI TURISTIKA F'SANT'ANGLU

Il-Gvern jinsab f'diskussjonijiet avvanzati ma' l-Ordni ta' San Gwann dwar l-uzu u r-restawr tal-Forti Sant'Anglu, li thalla jitmermer matul l-amministrazzjonijiet precedenti. Il-Gvern irid jaghmel attrazzjoni turistika ewlenija minn dan il-forti billi jsir il-kwartieri tal-Kavallieri f'pajjizna. Dan il-progett iressaq aktar turisti u konferenzi internazzjonali lejn dan il-forti storiku u jiggenera attivita` ekonomika gdida fil-Kottonera.

MARINE PARK FLOK IL-BACIR 1

Il-Bacir Numru 1 tat-Tarzna se jigi zviluppat f'Marine Park u b'hekk titwaqqa' l-aktar gerha tal-Kottonera. F'dan il-post se jinholoq centru turistiku ewlieni b'replika ta' xwieni ta' zmien il-Kavallieri. Il-progett jinkludi attrazzjonijiet ohra marbutin mas-snajja' tal-bahar tant rinomati fl-inhawi tal-Kottonera. Il-Kunsill tat-Tarzna diga` esprima l-qbil tieghu li dan il-post jigi trasformat f'post storiku li minnu jgawdi kulhadd. Dan ikun centru kummercjali ewlieni f'Bormla.

Il-Gvern qed jippjana sitt progetti ewlenin ghall-izvilupp taz-zona tal-Port il-Kbir. Dawn jinkludu l-progett tal-Marina tal-Birgu, il-progett tal-Forti Sant'Anglu, il-progett tal-Bacir Numru 1 tat-Tarzna ta' Bormla, il-Cruise Passenger Terminal, il-progett ta' Manoel Island u l-progett 'Connections' li jghaqqad Manoel Island ma' Marsamxett u mal-Kottonera u joffri access ahjar ghall-Belt Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow