Left arrow Mur Lura

Il-Gvern qed jikkonsidra l-implikazzjonijiet politici u ekonomici dwar il-Marina tal-Birgu

PR1118
Date Icon 12/06/1998

Il-Gvern Malti se jkun qieghed jahseb dwar l-implikazzjonijiet politici u ekonomici ta' dak li gara fil-Parlament dwar il-Progett tal-Marina tal-Birgu. Hemm bzonn naraw x'jista' jsir biex dan il-progett mhux jghereq, imma jerga jitlaq. Dan qalu l-Prim Ministru Alfred Sant, illejla fuq il-programm televisiz "PALOMBA" fuq TVM, Il-Prim Ministru qal li l-fatt li gie oppost investiment Amerikan f'zona ta' pajjizna li s-soltu nissottovalutaw ihalli riperkussjonijiet.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern huwa kkoncernat li jilqa' u jbiddel dawn ir-riperkussjonijiet li huma ta' natura politika internazzjonali. Il-Prim Ministru qal li wahda mill-problemi hija dik li trid toqghod attent x'impatt se jkollu vot bhal dan fuq is-settur privat li mieghu qeghdin nikkonkludu certi negozjati. "Ghax jekk inti qed tinnegozja ma' konsorzju u tghidlu li se jigri hekk, imbaghad f'daqqa wahda jitwaqqfu d-decizjonijiet li jkunu ittiehdu, minnufih se jqumu dubji dwar kemm jistghu isiru certi affarijiet. Il-Gvern qieghed hemm biex dak li jghid iwettqu. Certament dal-Gvern qieghed hemm biex iwettaq dak li jwieghed", enfasizza l-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru qal li l-vot kontra l-Progett tal-Kottonera fil-Parlament kienet decizjoni sfortunata hafna. Dr. Sant qal li l-progett tal-Marina tal-Birgu huwa parti minn progett enormi marbut mal-portijiet il-kbar ta' Malta. Dawn jinkludu l-cruise liner terminal, il-progett tal-Manoel Island u mbaghad hemm it-tliet progetti tal-Kottonera marbutin wiehed ma' l-iehor. Dik kienet u ghadha l-idea tal-Gvern, qal il-Prim Ministru, li johloq mill-Kottonera centru ta' zvilupp turistiku u ekonomiku.

Il-Prim Ministru qal li fl-ahhar tletin u erbghin sena sar hafna kliem fuq il-Kottonera imma qatt ma sar xejn. Dr. Sant qal li tul l-ahhar sena u nofs il-Gvern kien miexi bi progetti mas-settur privat.

Fil-kaz tal-Forti Sant Anglu, il-Gvern kien miexi f'diskussjonijiet ma' l-Ordni ta' San Gwann. Il-Gvern kien qed jahseb biex il-mollijiet tal-Birgu jigu zviluppati bhala yacht marina. Fil-kaz tal-Bacir 1, il-hsieb tal-Gvern huwa li jigi zviluppat bhala marine park illi jkun ta' importanza kbira ghall-haddiema tat-Tarzna u ghar-residenti ta' Bormla.

L-ewwel progett li kien miexi tajjeb 'l quddiem kien precizament il-progett tal-Yacht Marina fil-Birgu. Il-Prim Ministru qal li l-vot kontra fil-Parlament kien imur kontra l-interess tan-nies tal-Kottonera. Il-Kottonera ghandha bzonn ta' investiment gdid. Investiment li minnu nnifsu johloq attivita ekonomika gdida u impjiegi godda.

Mistoqsi dwar il-petizzjoni li qed tingabar mic-cittadini tal-Kottonera dwar il-progett, il-Prim Ministru qal li c-cittadini tal-Kottonera ghandhom dritt juru li jridu dal-progett. Ir-ragunijiet li ngiebu ghat-twaqqif tal-progett - bhall-ghawm fl-inhawi meta huwa maghruf li hadd ma jmur jghum hemm minhabba l-ilma bahar imniggez li hemm - bil-fors iqanqlu thassib fost ic-cittadini tal-Kottonera. "Nahseb li huwa siewi li c-cittadini tal-Kottonera juru ezattament x'inhi x-xewqa u s-sentimenti taghhom. Halli hadd ma jitkellem f'isimhom meta' jkun qed jghid affarijiet li huma ma jaqblux maghhom".

Il-Prim Ministru staqsa: "Xi jridu jifhmu c-cittadini? Dan li qed jipproponi l-Gvern huwa xi haga ta' barra minn hawn? Xi haga mahsuba biex indahhlu lill-poplu fi xkora? Hija xi haga mahsuba biex naghtu xi vantagg lil baruni jew iehor, kif kien jigri qabel? Ma nahsibx! Anzi. Aktar ma nwessghu id-diskussjoni fuq dak li qed jintqal u qed nipproponu, aktar se tinfirex l-idea, l-gharfien li mexjin b'modi moderni fl-interess tal-Kottonera kollha, fl-interess tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha. Nemmen allura li mhux biss irridu ninnegozjaw u ntemmu n-negozjati li qed naghmlu, imma rridu nispjegaw lill-poplu tal-Kottonera kollu, lil Malta u Ghawdex kollha, dak li qed naghmlu. Affarijiet li huma serji, affarijiet li huma genwini, affarijiet li huma ndirizzati b'mod modern biex jilqghu ghall-isfidi li ghandna. Imbaghad jiddeciedi l-poplu. Hadd ma jippretendi li jiddeciedi ghall-poplu minghajr l-inqas biss ma jkun qara' l-kuntratt innifsu", qal il-Prim Ministru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow