Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ghat-Turizmu u Self Employed

PR1115
Date Icon 12/06/1998

'IL-BINI TAL-YACHT MARINA FIL-KOTTONERA - L-OPPOZIZZJONI NAZZJONALISTA U L-PERIT MINTOFF SE JERGGHU JIVVUTAW FUQ L-ISTESS RIZOLUZZJONI DIGA` IMRESSQA FIL-PARLAMENT'

L-Oppozizzjoni Nazzjonalista tidher li qed tfittex tieqa minn fejn tohrog wara li nhar it-Tnejn opponiet ghal ragunijiet partiggjani u egoistici fil-Parlament ir-Rizoluzzjoni ghall-Bini tal-Yacht Marina fil-Kottonera.

L-atteggjament ta' l-Oppozizzjoni u ta' l-Onor. Mintoff qanqal l-ghadab tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha li kienu qeghdin jistennew dan l-investiment kbir fl-inhawi tal-Kottonera, wara tant snin minsija minn amministrazzjonijiet precedenti.

L-Oppozizzjoni mhix korretta meta fi stqarrija mahruga kmieni filghodu tal-Gimgha 12 ta' Gunju qalet li l-Gvern se jerga' lura dwar ir-Rizoluzzjoni originali li tressqet l-ewwel darba nhar it-Tnejn 8 ta' Gunju.

Il-fatti veri huma dawn.

1. Id-dritt ghall-access ghax-xatt tal-Birgu johrog car minn Klawsola 2.1 li tghid li l-mollijiet tal-Birgu se jibqghu miftuhin b'access bla limitu ghall-pubbliku li jkun irid jippassigga fl-inhawi u b'access limit ghal vetturi, peress li dawn il-mollijiet se jigu zviluppati f'pedestrian zones. Barra minn hekk se jinfethu l-accessi kollha ghall-moll tal-Birgu minn Triq San Lawrenz li ilhom maghluqin snin twal. (Annex A - Klawsola 2.1 )

2. L-Oppozizzjoni u b'mod partikolari l-Onor. Lawrence Gonzi baqghu jikkwotaw Klawsola 2.2 li tnehhiet qabel saret il-votazzjoni fil-Parlament nhar it-Tnejn. Dil-klawsola tnehhiet wara li nhar it-Tnejn ghall-hin tas-siegha ta' wara nofs in-nhar il-Gvern ippropona emenda fil-kuntratt lill-konsorzju Port Cottonera Ltd fejn il-Gvern talab li titnehha Klawsola 2.2 mid-draft originali u minflok jiddahhal il-kliem:

" Ic-censwalista ma jistax jichad kwalunke access ragjonevoli a favur tal-pubbliku ghall-imsemmija mollijiet u art inkwistjoni." (Annex A - Klawsola 2.2)

Dan it-tibdil kien qed jigi propost mill-Gvern lill-konsorzju biex jiccara kull dubju zbaljat li kien qed jinzera b'malinjita` mill-Oppozizzjoni biex ifixkel l-istess progett tal-Kottonera.

3. Il-konsorzju Port Cottonera Ltd accetta mill-ewwel il-proposta tal-Gvern u fil-fatt dak in-nhar stess, jigifieri nhar it-Tnejn 8 ta' Gunju saret emenda ghall-konvenju qabel is-seduta Parlamentari. (Annex B)

4. Dan it-tibdil kien gie ikkomunikat darbtejn lill-Onor. Dom Mintoff qabel ma ttiehed il-vot fuq ir-Rizoluzzjoni. Darba mill-Ministru tat-Turizmu u Self-Employed l-Onor. Karmenu Vella u mill-Avukat George Abela fir-residenza personali ta' l-Onor. Mintoff. Darb'ohra fil-Parlament mill-Ministru tat-Turizmu u Self Employed u mill-membru Parlamentari Laburista l-Onor. Karmenu Abela.

5. Barra minn hekk meta r-Rizoluzzjoni tressqet ghall-vot fil-Parlament fid-disgha ta' filghaxija, it-tibdil gie komunikat lill-Parlament mill-Prim Ministru qabel ma ttiehed il-vot.

Kopja tat-traskrizzjoni tad-diskors tal-Prim Ministru tinsab annessa ma' din l-istqarrija. (Annex C).

6. Minkejja dan kollu kemm l-Oppozizzjoni kif l-Onor. Dom Mintoff ivvutaw kontra r-Rizoluzzjoni biex iwaqqfu l-progett tal-Kottonera.

Il-Gvern huwa determinat li dan il-progett jitwettaq biex jaghti nifs gdid lill-Kottonera u biex johloq attivita` ekonomika gdida f'dawn l-inhawi ta' pajjizna ghall-gid kemm ta' l-istess inhawi, r-residenti kollha tal-Kottonera, u ghall-gid tal-pajjiz kollu. Ghaldaqstant il-Gvern se jerga' jressaq ghat-tieni darba l-istess rizoluzzjoni fil-Parlament. Il-Gvern jistenna li l-Oppozizzjoni u l-Onor. Mintoff ikunu responsabbli u jitfghu l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-Kottonera u l-interessi nazzjonali ta' pajjizna, l-ewwel u qabel kollox.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow