Il-Ministru George W. Vella jiltaqa' ma' gradwati li qed jitharrgu mal-Kummissjoni Ewropea
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, l-Onor George W. Vella l-bierah iltaqa' ma' grupp ta' madwar hamsin "stagaires", zghazagh gradwati li bhalissa qed iqattghu perjodu ta' hames xhur ta' tahrig mall-Kummissjoni Ewropeja, wahda mill-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropeja gewwa Brussell. Dan il-grupp ta' "stagaires" bhalissa qieghed Malta ghall-zjara kulturali fuq inizjattiva ta' stagaire Maltija, is-Sinjorina Elena Peresso, li wkoll qeghda taghmel stage (perjodu ta' tahrig) mal-Kummissjoni Ewropeja. Il-maggoranza ta' "stagaires" huma minn pajjizi membri ta' l-Unjoni Ewropeja u madwar 10 fil-mija (10%) biss huma minn pajjizi mhux membri.
Bhala ftuh ghas-sessjoni, rapprezentant tal-grupp, Klaus-Martin Lein, ghamel diskors ta' introduzzjoni li matulu indirizza wkoll diversi mistoqsijiet lill-Ministru. Id-diskussjoni ccentrat fuq l-identita' Maltija, u b'mod specjali il-pozizzjoni tal-Gvern prezenti rigward shubija fl-Unjoni Ewropeja. Il-Ministru spjega f'certu dettall il-vokazzjoni Ewro-Mediterranja li ghandha Malta, u sahaq dwar ir-rabtiet stretti li Malta ghandha kemm ma' l-Ewropa, kif ukoll mal-girien taghha fl-Afrika ta' Fuq. Huwa emfasizza wkoll li kemm minhabba c-cokon ta' pajjizna, kif ukoll minhabba ragunijiet socio-ekonomici u dawk ta' natura geo-politika il-Gvern prezenti ma jhossx li Malta ghandha tissieheb fl-Unjoni fil-futur prevedibbli. Madanakollu xorta wahda qed isiru trattattivi biex fil-futur tigi mwaqqfa z-zona ta' kummerc hieles u tissahhah il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja f'hafna oqsma.
Il-Ministru Vella spjega x'mizuri qieghda tiehu Malta biex tilhaq dawn l-ghanijiet u ta dettalji dwar il-process ta' ristrutturazzjoni li ghaddej bhalissa.
Bhala konkluzjoni il-Ministru wiegeb ghall-bosta mistoqsijiet li ghamlulu l- "stagaires". Fl-ahhar ipprezentawlu kopja ta' l-ewwel edizzjoni ta' gurnal ippubblikat minn kumitat taghhom. Dan jinkludi gabra ta' artikli relatati ma' "issues" dwar l-Unjoni Ewropeja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922