Il-Kunsilli Lokali se jidhlu wkoll ghall-bini ta' skejjel statali godda
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, habbar illum li wara l-introduzzjoni ta' l-iskema ta' "co-managment" ghall-manutenzjoni tal-iskejjel tal-istat, issa din giet estiza b'mod li l-Kunsilli Lokali se jkunu responsabbli wkoll ghal xoghlijiet kapitali li jinkludu estensjonijiet ta' skejjel u bini ta' skejjel godda.
Il-Ministru qal dan f'diskors li ghamel meta kien qieghed jaghlaq kors ta' tmien gimghat ghall-Kunsillieri u ufficcjali tal-Kunsilli Ghawdxin li sar ghall-ewwel darba f'Ghawdex stess.
Is-Sur Portelli kompla jghid li din l-iskema hija bbazata fuq il-principju ta' "co-management" jigifieri li l-Kunsilli jidhlu ghal dik ir-responsabbilta' flimkien mal-awtoritajiet ta' l-Edukazzjoni. Huwa qal li hija x-xewqa tieghu li dan il-kuncett ta' "co-management" bejn l-entitajiet Governattivi u l-Kunsilli jibqa' jikber u jinfirex f'oqsma ohra. Il-Ministru qal li l-Kunsilli jistghu wkoll ikollhom sehem importanti fil-pjani li qed jithejjew biex is-servizzi ta' libreriji pubblici jissahhu u jkunu aktar accessibbli.
Il-Ministru kompla jghid li l-Gvern prezenti diga' vvota' Lm45,000 biex jintroduci skema pilota bil-ghan li jghaddi lill-Kunsilli setghat li bhalissa jinsabu f'idejn il-pulizija. Dawn is-setghat jinkludu d-delega tal-infurzar ta' certi ligijiet, l-aktar fejn jidhlu l-abbuz fir-rimi ta' skart, ksur tar-regolamenti tat-traffiku u l-ipparkeggjar. Din l-iskema ghall-ewwel se tibda tithaddem f'San Pawl-il-Bahar, Tas-Sliema u l-Belt.
Biex dawn is-setghat jidhlu fis-sehh ikun hemm bzonn li jinhatru gwardjani lokali u tribunali li jisimghu l-kazi u jaghtu l-pieni f'kaz ta' htija. Il-Ministru habbar li diga' bdew konsultazzjonijiet bejn id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u l-Korporazzjoni ta' L-Impjiegi u t-Tahrig (ETC) biex jigu organizzati korsijiet ghal dawn il-gwardjani lokali.
Huwa stqarr li l-pjan tal-Ministeru tieghu huwa li din l-iskema pilota tinfirex kemm jista' jkun malajr biex il-Kunsilli kollha jidhlu ghal din il-funzjoni gdida. Il-Ministru semma wkoll il-hidma ta' thejjija li qed issir biex il-hrug ta', certi licenzji jghaddu wkoll f'idejn il-Kunsilli.
Huwa qal li l-Gvern qieghed jahseb ukoll biex jintroduci mizuri li permezz taghhom jigi assikurat li s-servizzi li jinghataw mill-Kunsilli mhux biss jissodisfaw l-istandards nazzjonali stabbiliti izda li jinghataw bi prezz li jirrifletti l-valur. Ghal dan il-ghan se jigu ntrodotti il-"performance indicators" u l-"value for money audit".
Il-Ministru temm billi wieghed l-ghajnuna kollha tieghu u tad-Dipartiment biex dak li hu mistenni mill-Kunsilli jitwettaq bl-aktar mod effettiv ghall-gid komuni tac-cittadin.
Id-Diskors tal-Ministru Alfred Portelli jsegwi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922