L-Ambaxxata Maltija f'Bonn tiehu sehem f'attivita' annwali li ssir f'Bonn
Nhar is-Sibt 6 ta' Gunju l-Ambaxxata ta' Malta f'Bonn hadet sehem, flimkien ma' 82 ambaxxata ohra fi "Spielend Verstehen" - attivitá annwali bil-ghan li tippromwovi t-tolleranza u ftehim bejn popli u kulturi diversi. Din kienet it-tielet sena konsekuttiva li l-ambaxxata Maltija hadet parti f'dan l-avveniment li jsir taht il-patrocinju tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Germanja. Din l- attivitá ddum il-jum kollu u ssir fuq ix-xatt tax-xmara Rhine f'Bonn fejn tigbed eluf kbar ta' vizitaturi. Fl-istands tal-ambaxxati w organizzazjonijiet ohra wiehed isib ikel tradizzjonali, xoghol ta' artigjanat u materjal pubblicitarju.
L-istand ta' Malta kien imtella w immexxi minn voluntiera li kienu jinkludu membri tal-ambaxxata, Maltin li jghixu l-Germanja u Germanizi hbieb ta' Malta. Il-prodotti Maltin kienu jinkludu pastizzi w qassatat, imqaret, gbejniet tal-bzar, galletti u qaghaq tal-gahsel, qubbajt, helwa, Kinnie, imbejjed Maltin kif ukoll pubblikazzjonijiet dwar Malta u materjal turistiku u pubblicitarju. Hafna minn dawn l-oggetti nghataw b'xejn jew bi prezz ridott minn ditti Maltin filwaqt li Saltfish Ltd u AirMalta taw is-servizzi taghhom b'xejn ghall-ippakkjar u l-garr rispettivament.
Il-Konsolati Onararji Maltin fil-Germanja, l-MDC u l-NTOM ukoll taw kontribut sostanzjali biex issehh din l-attivita'. Bhas-snin ta' qabel, l-introjtu mill-partecipazzjoni fl-"Spielend Verstehen" jintbaghat Malta ghal skopijiet filantropici.
Ghal darb'ohra l-attendenza tal-pubbliku kienet ferm numeruza minkejja t-temp incert. Il-Ministru Federal ta' l-Affarijiet Barranin Klaus Kinkel zar u fetah ufficjalment l-Spielend Verstehen fejn ghamel diskors ta' l-okkazjoni.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922