Jiftah Centru tal-Customer Care Gdid fil-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu fetah ufficjalment centru ta' customer care fil-Ministeru, maghruf ahjar bhala "Centru ghas-Servizz lic-Cittadini". F'diskors li ghamel, il-Ministru qal li l-htiega ta' centru bhal dan fil-Ministeru tohrog mill-fatt li fi 18-il xahar huwa personali, kif ukoll ufficjali ohra tal-Ministeru, raw u kellmu eluf ta' nies.
Huwa qal li dan ic-centru gdid u modern, li se jkun mghammar b'rizorsi umani esperti fil-qasam taghhom u bl-ahhar teknologija ta' l-informatika, se jkun "one stop shop". Dan ic-centru, l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu, se jservi biex ic-cittadini jkollhom fejn iressqu l-ilmenti taghhom, ikollhom min isegwi dawn l-ilmenti u biex jinghataw sodisfazzjon fl-iqsar zmien possibbli.
Dan ic-centru se jservi wkoll biex ic-cittadini jressqu l-ilmenti taghhom wara li jkunu diga' marru bnadi ohra, izda li ghal xi raguni jhossu la ma jkunux inghataw sodisfazzjon xieraq.
Il-Ministru qal li biex ikun hemm aktar heffa fl-ipprocessar ta' l-ilmenti u t-talbiet li jsiru nholoq "software" addattat precizament ghal dan ic-centru. Dan is-"software" se jaghmilha possibbli ghall-ufficjali f'dan ic-centru li jaghtu twegiba fl-iqsar zmien possibbli.
Is-Sur Portelli kompla jghid li l-Ministeru tieghu bhalissa jinsab ghaddej b'hidma bla heda fuq hafna fronti. Huwa semma l-programm kbir ta' bini li qieghed jitwettaq, b'mod specjali l-bini ta' sulari addizzjonali, ir-riformi li qed jitfasslu fil-ligjiet tal-kera, l-identifikazzjoni ta' l-art li nxtrat minghand il-Knisja, ix-xiri ta' propjreta' minghand sidien privati, il-programm ta' tiswija fi djar u appartamenti tal-Gvern, il-ligijiet li qed jithejjew biex jinghataw aktar setghat lill-Kunsilli Lokali u hafna xoghol iehor.
Huwa semma wkoll it-titjib li sar f'dawn l-ahhar 18-il xahar f'numru ta' skemi u ohrajn li saru godda, fosthom skemi ta' ghajnuna ghall-persuni b'dizabilita' . Huwa qal li hemm numru ta' skemi ohra li se jithabbru aktar 'l quddiem. Il-Ministru kompla jghid li f'dawn l-ahhar jiem saret policy gdida dwar dawk li jitnehhew minn bini qadim biex minfloku jitla' bini gdid, bhal fil-kaz ta' l-Imsida.
Huwa semma wkoll il-kwestjonarju professjonali li d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali baghat lill-applikanti li applikaw ghall-post alternattiv. Huwa qal li bhalissa qeghda issir analizi bil-ghan li l-Gvern jkun jista' jippjana ahjar ghal min m'ghandux post dicenti fejn jghix.
Huwa talab lic-cittadini biex jaghmlu uzu minn dan ic-centru, pero sahaq li ic-cittadini m'ghandhomx jistennew li l-Gvern jaghmlilhom kollox hu. "Min ghandu s-sahha jaqdef ghal rasu ghandu jaghmel hekk hu", qal il-Ministru.
Ic-Centru se jkun miftuh ghall-pubbliku minn ghada, l-Erbgha, 10 ta' Gunju 1998, bejn it-8.30 a.m. u nofs inhar. Matul il-gimgha ic-centru jkun miftuh nhar ta' Tnejn, l-Erbgha u l-Gimgha fl-istess hinijiet. Nhar ta' Tlieta u l-Hamis il-pubbliku jkun jista' jcempel biss. In-numri tat-telephone huma: 242985/8.
Id-diskors tal-Ministru Alfred Portelli jsegwi.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922