Seminar ghall-Konsli Onorarji fl-Italja
Seminar ta' jum, sponsorizzat mill-Bank of Valletta u l-Mid-Med Bank, ghall-Konsli Onorarji fl-Italja gie organizzat fil-Hotel Plaza, f'Ruma ix-xahar li ghadda. It-tema tas-Seminar kien "Biegh Malta fl-Italja".
Is-Seminar infetah mill-Ambaxxatur Malti ghall-Italja, Henry C. de Gabriele u gie ndirizzat mill-Onor. George W. Vella, Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent li kien il-kelliem specjali.
Dawk li tkellmu fis-Seminar kienu:
is-Sur Andrew Spiteri, Malta Development Corporation,
is-Sur Stephen Sultana, METCO
is-Sur J. Bonello, Mid-Med Bank
is-Sur Peter Perotti, Bank of Valletta,
il-Prof. Edward Scicluna, Malta Financial Services Corporation,
is-Sur Tonio Zarb, Association of Financial Services Practitioners
Dr. J. Galea Debono u is-Sur Robert Zammit, NTOM
is-Sur Godwin Miceli, Air Malta
L-iskop ewlieni tas-Seminar kien biex il-konsli jigu nkoraggiti jippromwovu fir-regjuni rispettivi taghhom, u f'kollaborazzjoni ma' l-istituzzjonijiet varji rapprezentati fis-Seminar, l-opportunitajiet ghall-investiment li jezistu fl-oqsma tal-manufattura, turizmu, trasport u trasbord u servizzi bankarji u finanzjarji.
Il-Konsli nghataw ukoll 'marketing package' b'informazzjoni adatta fuq l-attivitajiet u l-oggettivi ta' l-istituzzjonijiet involuti fl-oqsma ekonomici u finanzjarji f'Malta.
Is-Sinjorina Vanessa Grima Baldacchino, Segretarju Ewlieni (Kummerc), hadet hsieb ta' l-organizzazzjoni u flimkien mas-Sinjorina Rachel Sapiano, Segretarju Ewlieni (Konsolari) indirizzaw ukoll is-Seminar.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922