Hidma ta' ricerka fic-Centru Nazzjonali ta' l-Akkwakultura
Ic-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura f'San Lucjan qed ikompli jiddiversifika l-hidma tieghu ta' ricerka fid-diversi oqsma ta' l-Akwakultura.
Dan bil-ghan li c-Centru jkompli jkun ta' servizz xjentifiku ghall-izvilupp ta' l-industrija ta' l-Akwakultura f'pajjizna, kif ukoll centru ta' tahrig u ricerka ghall-istudenti tal-pajjizi girien taghna.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta ltaqa' mal-Kummissarju Gholi Ingliz, Graham Archer, biex jinfurmah bil-ftehim li c-Centru ta' l-Akwakultura ghadu kemm lahaq mad-ditta Aquaculture Vaccines Ltd, f'Essex l-Ingilterra.
Bis-sahha ta' dan il-ftehim id-ditta Aquaculture Vaccines Ltd, sejra twaqqaf laboratorju ta' ricerka fic-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura f'San Lucjan, bil-ghan principali li jizviluppa u jittestja vaccini godda kontra l-mard ta' l-awrat u l-ispnott li jitrabba fil-fish farms.
Il-Ministru Noel Farrugia qal li d-ditta Aquaculture Vaccines Ltd, hija wahda mill-kumpaniji ewlenin ta' fama internazzjonali fil-kamp ta' ricerka u l-produzzjoni ta' vaccini kontra l-mard tal-hut imrobbi.
Bis-sahha ta' l-uzu ta' dawn il-vaccini jkun possibli li jitnaqqas l-uzu ta' antibiotici u kimici ohra li jistghu jkunu ta' dannu ghall-ambjent naturali.
L-ispejjez kollha biex jitwaqqaf dan il-laboratorju, kif ukoll l-ispejjez biex jitmexxa ser jaghmlu tajjeb ghalihom id-ditta Ingliza Aquaculture Vaccines Ltd., waqt li l-progett sejjer ikun taht it-tmexxija tal-konsulent tac-Centru ta' l-Akwakultura, Dr Alain le Breton.
Il-Ministru Noel Farrugia temm jghid li dan l-izvilupp sejjer ikompli jsahhah l-posizzjoni tac-Centru ta' l-Akwakultura bhala Centru ta' Ricerka Xjentifika fil-qasam ta' l-Akwakultura u sejjer joffri opportunitajiet godda ghall-istudenti Maltin u barranin fil-qasam tar-ricerka.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922