Left arrow Go Back

Ri-evokazzjoni tat-Tifkiriet tal-Grajjiet 1798-1800

PR1079
Date Icon 08/06/1998

Il-Kumitat tat-Tifkira tal-Grajjiet Storici 1798-1800 jixtieq jirringrazzja lill-pubbliku Malti u Ghawdxi ghall-koperazzjoni shiha li qieghed isib waqt l-attivitajiet tar-ri-evokazzjoni li ghaddejjin bhalissa fil-Belt Valletta u f'inhawi ohrajn ta' Malta u Ghawdex. Il-pubbliku qieghed jiehu hafna pjacir b'dawn il-hidmiet edukattivi u kulturali.

L-ghan tal-Kumitat qieghed jintlahaq gmielu. Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja wkoll lill-media li qieghda tghin fil-pubblicita' ta' dawn l-attivitajiet, specjalment l-istazzjonijiet tar-radju li qeghdin jaghmlu ghadd gmielu ta' programmi informattivi u ta' diskussjoni dwar il-migja ta' Napuljun u l-impatt qawwi li kellha fuq il-grajja socjo-politika ta' pajjizna. Il-percezzjoni tal-pubbliku qieghda tigi edukata dwar il-qofol ta' dawn il-grajjiet storici kbar u l-Kumitat ihoss li ghandu jrodd hajr lill-produtturi u d-diretturi kollha ta' l-istazzjonijiet li qeghdin jaghtu sehem hekk siewi u ta' fejda lill-edukazzjoni u l-kultura tal-poplu.

Il-programm ta' din it-tifkira se jibqa' sejjer sal-Hadd, 14 ta' Gunju 1998, sadanittant qed nindikaw il-programm ta' ghada it-Tlieta u l-Erbgha 9 u 10 ta' Gunju 1998.


IT-TLIETA, 9 TA' GUNJU 1998

IL-BELT, VALLETTA

07.00 - Truppi Francizi jitilqu minn Sant'Iermu u jimmarcjaw lejn l-Imdina.

Jghaddu mill-Furjana, Hamrun u Santa Venera.

09.00 - Truppi Francizi jitilqu minn Sant'Iermu ghal Vittoriosa u l-Isla fuq dghajjes Maltin

11.00 - Wasla ta' Ufficjali Francizi, Maltin w Inglizi fil-Palazz fejn jattendu ghal-laqgha.

16.00 - Jittiehed Bieb il-Belt.

Tluq tal-Kavallerija Franciza ma' Napuljun fuq iz-zwiemel.

MDINA

11.00 - Jaslu t-truppi l-Imdina u jokkupaw l-Imdina.

18.00 - Napuljun jasal l-Imdina.

20.00 - Ikliet ufficjali fl-Imdina fejn Napuljun u ufficjali Francizi ohra se jkunu jiccenaw f'diversi ristoranti.

Fl-Imdina wiehed ikun jista jara suldati fit-toroq fuq tahrig militari. Xeni tipici ta' dak iz-zmien.

BIRGU, ISLA

Fil-ghodu, fit-toroq tal-Birgu u l-Isla ikun hemm taqbid ta' resistenza minn Maltin kontra l-Francizi.

L-ERBGHA, 10 TA' GUNJU 1998

VALLETTA

10.00 Tluq minn Sant'Iermu ta' truppi Francizi

11.00 Artillerija Francizi titlaq minn Sa Maison, Pieta' ghal Ghawdex.

MDINA

11.00 Irvell tal-Maltin kontra l-Francizi. Jibda mir-Rabat u jkompli sejjer ghal Mdina fejn isiru taqbidiet fit-triq ma' Maltin ribelli.

17.00 Maltin ribelli jidhlu l-Imdina minn isfel, jattakkaw ghal gharrieda l-

gwarnigjun Franciz fil-pjazza ta' l-Imdina. Il-Francizi jcedu u

jittiehdu prigunieri.

Tluq mill-Imdina.

SANTA VENERA

10.00 Jaslu truppi Maltin "Cacciatori Maltesi" u "Regimento di Malta".

10.30 F'Casa Leone issir cerimonja u diskors fejn truppi Maltin jigu nkorporati fl-Armata Franciza.

BIRGU

Prezenza ta' truppi militari fit-toroq.

GHAWDEX

14.00 Jaslu l-Ewwel truppi Francizi u Inglizi f'Ghawdex u jittiehdu c-Cittadella.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow