Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ghat-Turizmu u s-Self Employed

PR1078
Date Icon 08/06/1998

Il-gimgha li ghaddiet giet organizzata ghall-ewwel darba fiera specjalizzata ghall-Intraprizi Zghar u ghas-Self-Employed. Din il-fiera kienet sponsorjata bejn Bank of Valletta u l-Ministeru ghat-Turizmu u s-Self-Employed.

Waqt li kien qed izur din il-fiera, Dr Lawrence Gonzi qal li l-Partit Nazzjonalista mill-Oppozizzjoni jrid ikun qrib is-settur tas-Self-Employed u n-negozji z-zghar.

Naturalment kien ikun hafna ahjar kieku l-Partit Nazzjonalista zamm kuntatt mill-qrib anke meta kien fil-Gvern.

Madankollu, u ghalkemm forsi xi ftit tard, dan jista' jitqies bhala pass pozittiv min-naha tal-Oppozizzjoni specjalment meta wiehed iqis illi fi zmien l-Amministrazzjoni ta' qabel, il-kontribut ta' dan is-settur lejn l-ekonomija tal-pajjiz qatt ma gie rikonoxxut. Fil-fatt il-parti kbira ta' dan is-settur kienu jirriferu ghaliha bhala li kienet tikkonsisti minn lame ducks (papri zopop).

Intant, dak iz-zmien, dan is-settur, minbarra li kien mghobbi bi spejjez u taxxi bhal dik tal-VAT, l-unika triq li kellu kienet biss dik li 'min mhux kapaci jaqdef ghal rasu m'ghandux triq ohra hlief li jaqbad u jaghlaq'.

Ghalhekk wiehed sincerament jispera illi dan is-settur ta' Intraprizi Zghar u Self-Employed ma jintuzax mill-Oppozizzjoni bhala ballun politiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow