Left arrow Mur Lura

Esperti Internazzjonali fil-qasam tal-biedja f'Malta

PR1076
Date Icon 08/06/1998

B'rizultat taz-zjara f'Malta tad-Direttur Generali tal-FAO, Jacques Diouf, ghada ser tasal Malta delegazzjoni ta' hames esperti fil-qasam tal-Biedja.

L-ghan taz-zjara ta' dawn l-esperti ser tkun li jghinu lill-Gvern Malti biex jitwettaq il-Pjan Nazzjonali tal-Biedja u s-Sajd, imhejji minn esperti Maltin u li gie pprezentat lill-Gvern Malti fi Frar ta' din is-sena.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, f'laqgha li kellu ma' ufficjali taz-Zghazagh tal-Kampanja.

Waqt il-hidma taghhom f'Malta l-esperti tal-biedja ser jiltaqghu ma' ufficjali ewlenin tal-banek Maltin, ma' ufficjali ta' l-EU Directorate tal-Ministeru ta' l-Affarijet Barranin u ta' l-Ambjent, ma' ufficjali tal-Ministeru tal-Finanzi u Kummerc, ma' ufficjali tad-Dipartimenti ta' l-Istatistika, tal-Biedja u tas-Sajd, kif ukoll mal-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Biedja u Sajd mahtura mill-Prim Ministru, Dr Alfred Sant.

L-esperti tal-FAO li ser jigu Malta huma: Gerard Gagnon, Team Leader u International Senior Policy Advisor, Paul Munro-Faure, Land Market u Land Tenure Specialist, Dick Quik, Espert fil-Qasam tal-Marketing u Kummerc, Richard Roberts, Espert f'Rural Finance, u Tomasz Lonc, Ufficjal tal-FAO.

Matul iz-zjara taghhom f'Malta dawn l-esperti ser ikollhom laqghat mal-koperattivi tal-bdiewa, tar-rahhala u tal-produtturi tal-majjal u ser izuru diversi fabbriki ta' l-agro-industrija, fosthom tal-laham, tal-halib, ta' l-akwakultura u ta' l-ipprocessar ta' l-ikel. Huma ser izuru wkoll l-Istitut ta' l-Agrikoltura, fl-Universita' ta' Malta, biex jiltaqghu ma' l-istudenti kif ukoll il-Pitkalija f'Ta' Qali fejn ser jiltaqghu mal-bdiewa direttament.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow