Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Michael Farrugia jindirizza l-Kumitat tat-tmexxija ta' l-Isptar San Luqa

PR1068
Date Icon 06/06/1998

Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, illum indirizza l-Kumitat tat-tmexxija ta' l-iSptar San Luqa.

Waqt din il-laqgha, il-Ministru Farrugia sahaq li flimkien mad-Dipartiment tas-Sahha, rridu nippruvaw insahhu t-tmexxija ta' l-iSptar San Luqa. Huwa qal li dalwaqt jibda x-xoghol ta' evalwazzjoni fl-isptar sabiex ikun aktar efficjenti u cost-effective.

Il-Ministru Farrugia qal li dan il-Kumitat ta' Tmexxija ma kienx kostitwit ghal dawn l-ahhar seba' snin. Issa l-kumitat huwa kostitwit mill-gdid u huwa maghmul minn specjalisti, tobba, infermiera, kif ukoll mic-Chairperson, li huwa s-Sur Franco Azzopardi bhala membru mhux mediku jew paramediku. Il-bzonn ta' dan il-kumitat jinhass aktar meta irridu naslu fuq sistema ta' awtonomija fl-isptarijiet ta' Malta u Ghawdex. Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li dan il-kumitat mhux se jkun maqtugh mill-policies tal-Gvern u tad-Dipartiment tas-Sahha.

Fil-bidu ta' Lulju ser jibda xoghol ta' evalwazzjoni u audit trails ta' l-affarijiet fl-iSptar San Luqa. Ser jibda wkoll isir assessment tal-units kollha tas-servizzi offruti. Dan kollu jwassal sabiex kull sptar ikun cost-centre ghalih. Huwa ttamat ukoll li l-budget li jmiss jirrifletti dan.

Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li ma jridx isir l-izball kbir li kien qieghed isir fl-iSptar Zamit Clapp, fejn ma kienx sar audit trails serji, bil-konsegwenza li l-iSptar Zammit Clapp qatt ma kien kapaci jzomm mal-budget ivvutat ghalih. Huwa enfasizza l-bzonn ta' serjeta u accountability mil-livelli kollha ta' haddiema tad-divizzjoni tas-sahha.

Il-Ministru Farrugia habbar ukoll li fil-gimghat li gejjin se jigu assessjati u evalwati sistemi li jintuzaw barra minn Malta sabiex naraw jekk jistghux jintuzaw fl-isptarijiet Maltin.

It-tabib Michael Farrugia qal ukoll li f'dawn l-ahhar gimghat qed isiru operazzjonijiet ta' cold surgery fil-hdud u l-festi. Dan juri car li b'sistema ta' management tajba u b'uzu ahjar tal-facilitajiet li joffri l-iSptar San Luqa jwassal ghal tnaqqis fil-waiting lists ta' certu operazzjonijiet.

Il-Ministru Farrugia qal ukoll li l-hospital planners li qed jahdmu fuq il-progett gdid ta' l-isptar f'Tal-Qroqq qed ikollhom laqghat fit-tul mas-settur ta' l-amministrazzjoni tad-Dipartiment tas-Sahha, sabiex meta s-servizzi akuti fl-isptar San Luqa jmorru fl-isptar il-gdid, diga jkun hemm bazi soda ta' tmexxija.

Il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja lill-Kumitat tat-Tmexxija ta' l-iSptar San Luqa u assigura l-ghajnuna tieghu kull meta jkun hemm bzonn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow