Left arrow Go Back

Il-Kunsilli Lokali jenhtieg li jaghtu valur ghall-flus li jonfqu

PR1065
Date Icon 06/06/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, f'diskors li ghamel sahaq fuq il-htiega li l-Kunsilli Lokali jkunu professjonali fit-twettieq tal-progetti taghhom. Huwa qal li f'kull progett li jaghmlu ghandhom jippjanaw tajjeb, jiffissaw zmien ta' twettieq stipulat u jaraw li n-nefqa tkun ragonevoli.

Il-Ministru qal dan meta kien qieghed jaghlaq seminar ta' jum organizzat mill-Fondazzjoni Guze' Ellul Mercer li sar fil-Lukanda Jerma Palace, Wied-il-Ghajn, bit-tema: Project Management ghall-Kunsilli Lokali. Ghal dan is-seminar kienu mistiedna l-Kunsilli Lokali tal-Kottonera u x-Xlokk ta' Malta li huma Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, Haz-Zabbar, iz-Zejtun, Marsaxlokk, Wied-il-Ghajn, ix-Xghajra, Birzebbuga u l-Fgura. Dan is-seminar huwa wiehed minn sensiela li l-Fondazzjoni GEM organizzat fl-imghoddi.

Is-Sur Portelli wara li fisser x'jifhem hu bi Project Management qal li dan l-istil ta' tmexxija fit-twettieq ta' progetti jassigura ekonomija li tipproduci b'inqas spejjez minghajr ma tbati l-kwalita'; efficjenza jigifieri li jinghata l-aqwa servizz bir-rizorsi wzati; u effettivita jigifieri jkun hemm qbil bejn ir-rizultati intenzjonati u r-rizultati attwalment miksuba.

Is-Sur Portelli qal li "Project Management" tajjeb ifisser fuq kollox li kull ma jsir jwassal biex jinghata valur ghall-flus minfuqa. Huwa appella biex il-Kunsilli jaghtu importanza kbira lill-pjani finanzjarji taghhom u ghandhom ifasslu bir-reqqa kollha business plans li jkunu jirriflettu d-disponibilita' ta' fondi li kull Kunsill ikollu.

Is-seminar kien immexxi mill-Perit Lino Bianco, li huwa wkoll ic-Chairperson tal-Kunsill ta' l-Ippjanar li hejja l-Pjan ta' Zvilupp Socjo-ekonomiku ghan-Nofsinhar ta' Malta.


Id-Diskors tal-Ministru Alfred Portelli isegwi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow