Left arrow Mur Lura

Progett ta' tkabbir fic-Centru tas-Sahha ta' Bormla

PR1055
Date Icon 05/06/1998

Illum, il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, ghamel zjara fic-Centru tas-Sahha ta' Bormla fejn se jsir progett ta' tkabbir.

Ic-Centru tas-Sahha ta' Bormla nfetah nhar it-28 ta' April 1985 biex joffri servizzi medici lin-nies tal-Kottonera, jigifieri nies li joqoghdu l-Isla, Bormla, l-Birgu u l-Kalkara. Dan ic-centru, li sa llum okkupa biss l-ewwel sular ta' dan il-bini, joffri servizzi limitati bil-kumplament tas-servizzi jigu offruti mic-Centru tas-Sahha ta' Rahal Gdid. B'kollox dan ic-centru joffri servizzi lil madwar 16-il elf ruh.

Fis-7 ta' Novembru, 1997, harget it-tender ghall-immodernizzar u t-tkabbir tac-Centru tas-Sahha ta' Bormla. Din ghalqet fl-4 ta' Dicembru 1997. Il-letter of intent ghax-xoghol inghata llum.

B'din l-inizjattiva tal-Gvern, dan ic-Centru tas-Sahha mhux biss ser issirlu refurbishment tal-post ezistenti, izda ser isir tkabbir sostanzjali kemm tal-post li jokkupa c-centru kif ukoll tas-servizzi offruti minnu. Bit-tkabbir li se jsir, ic-centru ser jokkupa l-erba' sulari li hemm fil-bini u d-dhul principali tieghu ser ikun fuq il-livell tat-triq. B'hekk il-pubbliku, specjalment l-anzjani u dawk bi bzonnijiet specjali, ser ikollu access ahjar ghas-servizzi. L-accessibilita' interna ser tkun facilitata permezz ta' lift li ser jigi installat.

Fil-prezent dan ic-centru joffri biss servizzi ta' tabib u nurse, servizz ta' tilqim u jsiru wkoll Well Baby u Diabetes Clinics. Meta x-xoghol fuq ic-centru jkun lest, dan ic-Centru tas-Sahha ser joffri s-servizzi kollha li jigu offruti minn centri tas-sahha ohra, li jinkludu:

Sular t'isfel servizz ta' tabib

servizz ta' nurse

servizz ta' emergenzi

L-Ewwel Sular Well Baby Clinic

Maternita u ginekologija

Servizz ta' Tilqim

Spizerija

It-Tieni Sular Servizz ta' Specjalista

Klinika tad-Dijabete

Klinika tal-Podologija

Klinika tal-Ghajnejn

Servizz ta' Dentist

Servizz ta' ECG

Servizz tal-X-Ray li jibda jiffunzjona aktar 'l quddiem

It-Tielet Sular Servizzi ghas-Sahha Mentali

Servizzi ta' Social Workers

Servizz ta' Speech Therapy

Servizz ta' Fizjoterapija

Dawn is-Servizzi ser ikomplu jsahhu l-politika tal-Gvern dwar is-Sahha, jigifieri li jigi offrut l-aqwa u l-ahjar servizzi tas-sahha lic-cittadini Maltin u Ghawdxin.

Ix-xoghol strutturali kollu huwa stmat li ser iqum madwar Lm 142,350 (awarded price) u huwa progettat li jitlesta fi zmien 4 xhur mill-bidu tax-xoghol. Barra minn dan wiehed irid izid ukoll l-ispiza ghax-xiri ta' apparat u attrezzaturi ohra li jkun hemm bzonn biex ikun jista' jiffunzjona c-centru.

Il-pubbliku jrid japprezza japprezza li biex isir ix-xoghol strutturali kollu li hemm bzonn, mhux possibli li c-centru jkompli jiffunzjona kif inhu fil-prezent. Ghaldaqstant saru arrangamenti biex tinfetah klinika temporanja fi Triq il-Pellegrinagg (ftit 'l fuq mic-centru tas-sahha hdejn il-mina ta' Santa Liena) sabiex ikun jista' jinghata servizz limitat ta' tabib u nurse. Din il-klinika ser tibda tiftah mit-Tnejn sas-Sibt bejn it-8.00 ta' filghodu u s-1.00 ta' wara nofsinhar. Fil-hinijiet li din il-klinika temporanja tkun maghluqa, kif ukoll ghal-servizzi ohra li mhux se jinghataw minn din il-klinika, il-pubbliku ghadu jinqeda mic-Centru tas-Sahha ta' Rahal il-Gdid.

Meta jerga' jiftah, c-Centru tas-Sahha ta' Bormla mhux biss se joffri servizz aktar komplut lir-residenti tal-Kottonera, izda wkoll lir-residenti ta' madwar. B'hekk dan ic-Centru jibda jaghti servizz lil madwar 35,000 / 40,000 ruh. B'hekk ukoll tonqos il-pressjoni ta' xoghol fuq ic-Centru tas-Sahha ta' Rahal Gdid li fil-prezent qed joffri servizzi lil aktar minn 80,000 ruh.

Huwa ttamat ukoll li bi spizerija tal-gvern gdida fic-Centru tas-Sahha ta' Bormla titnaqqas il-pressjoni minn fuq l-ispizerija tal-gvern ta' Rahal Gdid. Sadanittant, qed jigi msahhah is-servizz ta' tqassim ta' medicini fil-bereg halli tigi mtaffa l-pressjoni fuq l-ispizeriji fic-centri tas-sahha.

Barra dan il-progett ambizzjuz, progett tad-Dipartiment tas-Sahha, Dr Farrugia qal li l-Ministeru tieghu ghaddej bil-progett ta' Dar ghall-Anzjani f'Bormla. Progett iehor importanti hafna li ghaddej bhalissa fil-Kottonera huwa l-'Healthy Cities' - progett li gie mniedi bil-koperazzjoni tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha. Il-'Healthy Cities' huwa progett fejn dak kollu li jsir f'dawn l-ibliet ikun immirat lejn is-Sahha tac-Cittadini tal-Kottonera.

Dawn huma parti minn sensiela ta' progetti li ghaddejin gewwa l-Kottonera mill-Gvern ghall-gid tac-Cittadini ta' dawn l-inhawi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow