Il-Gvern se jaghti iktar setghat lill-Kunsilli Lokali
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, il-lejla attenda ghac-celebrazzjoni ta' Jum H'Attard li matulha nghatat l-Onorificenza ta' "Gieh H'Attard". Din is-sena dan l-gieh inghata lill-Monsinjur Pawl Pace ghall-hidma twila tieghu fil-parrocca ta' H'Attard.
F'diskors li ghamel il-Ministru tkellem dwar il-hidma li qieghed iwettaq il-Ministeru tieghu biex aktar setghat jghaddu f'idejn il-Kunsilli Lokali.Huwa qal li l-Gvern huwa kommess li jwettaq dak li wieghed fil-programm elettorali tieghu. Il-Ministru Portelli semma' t-thejjijiet li qeghdin isiru biex l-infurzar ta' certi ligijiet li llum jinsabu f'idejn il-pulizija, bhal per ezempju l-ligijiet dwar it-traffiku u l-iskart, jghaddu f'idejn il-gvernijiet lokali.
Huwa kompla jghid li hemm thejjijiet ohra biex isiru emendi fir-regolamenti biex l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tkun aktar effettiva, trasparenti u aktar miftuha fl-operat taghha.
Is-Sur Portelli semma' wkoll l-introduzzjoni ta' mizuri biex bihom ikun jista' jsir paragun bejn Kunsill u iehor fuq medda ta' zmien, dwar l-operat taghhom fuq bazi ta' efficjenza, effettivita' u ekonomija. Dan barra li se jigu riveduti l-htigijiet attwali tal-finanzjament tal-Kunsilli. Fi tmiem id-diskors tieghu l-Ministru ferah lill-Monsinjur Pace ghall-gieh li nghata.
Il-Ministru wara li temm l-impenji tieghu f'H'Attard mar Ghawdex fejn attenda ghac-celebrazzjoni ta' "Jum San Lawrenz" li qieghed jigi celebrat ghar-raba' sena konsekuttiva fir-rahal ta' San Lawrenz. Hawnhekk il-Ministru assista ghall-ghoti tal-premju maghruf bhala "Premju San Lawrenz".
F'diskors li ghamel, is-Sur Portelli ferah lil dan il-Kunsill ghal dan il-premju li jinghata lil dik l-ghaqda nazzjonali li l-aktar li tkun hadmet qalb persuni bi bzonnijiet specjali. Huwa qal li, minkejja c-cokon tieghu, dan ir-rahal haseb li jippremja ghaqdiet nazzjonali li fl-imghoddi kienu jinkludu l-Creche tal-Ursolini, Dar Merhba Bik, u l-Kummissjoni Emigranti. Din is-sena dan il-gieh inghata lill-Ghaqda Ghawdxija Persuni b'Dizabilita'.
Prezenti ghal din ic-cerimonja kien hemm ukoll Dr. Anton Refalo, Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex.
Id-diskors tal-Ministru Alfred Portelli jsegwi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922