Il-Gvern lest jghin kumpaniji zghar jespandu
F'diskors li ghamel waqt zjara fil-fabbrika tal-kumpanija Portelli & Brincat Limited, il-Ministru Attard Montalto emfasizza l-importanza li l-Gvern jghin lil dawk l-intraprizi zghar li kapaci jisfruttaw opportunitajiet u jiggeneraw attività industrijali sostenibbli. Huwa qal li l-Korporazzjoni ghall-iZvilupp ta' Malta hi lesta li tghin kumpaniji li fil-prattika juru li jisthoqqilhom l-appogg kollu mehtieg sabiex jespandu u jkattru l-attività taghhom.
Dr. Attard Montalto semma d-diversi nizzjattivi li l-Gvern prezenti ha favur l-imprizi ta' daqs zghir u medju. Fost affarijiet ohra huwa semma t-twessiegh ta' l-incentivi li permezz taghhom sar aktar possibbli ghal kumpaniji zghar li jkollhom access ghal self b'imghax baxx ghall-investiment fil-makkinarju. Twaqqfet l-IPSE, li b'nies imharrga qed toffri pariri u gwida mhux biss fil-mili ta' applikazzjonijiet ghall-assistenza, izda wkoll f'enquires u informazzjoni ta' natura teknika u generali.
Il-Ministru qal li matul l-1997 l-IPSE bdiet ezercizzju biex tidentifika l-htigijiet u d-diffikultajiet partikolari ta' azjendi zghar halli l-Gvern ikun aktar sensittiv ghall-bzonnijiet taghhom. Huwa kompla li "din l-informazzjoni ghandha sservi ta' bazi tajba fit-tfassil ta' policies effettivi li l-ghan ewlieni taghhom hu t-tishieh u t-tkabbir tas-settur produttiv. Digà tlestew is-surveys ta' Ghawdex, tal-Villagg tas-Snajja' f'Ta' Qali u tal-Mastrudaxxi f'Malta."
Il-Ministru semma wkoll il-funzjoni ta' l-IPSE fil-process ta' ristrutturazzjoni. Diversi oqsma ta' l-industrija Maltija jridu jghaddu mill-process ta' modernizzazzjoni u ma' dawn hemm ukoll dawk li llum qed joperaw f'suq protett u li jridu jahsbu ghat-tibdiliet necessarji biex jizguraw li meta tispicca l-protezzjoni jibqa kompetittivi. L-IPSE, li se tkun trasformata f'limited liability company, se tkun l-organizzazzjoni bi rwol importanti fl-ezercizzju ta' ristrutturazzjoni.
Il-kumpanija Portelli & Brincat Ltd twaqqfet fl-1981 u bdiet topera b'retail outlet zghir f'Santa Venera. Il-Ministru nnota li l-kumpanija, minbarra li qed tespandi, qed ukoll tesplora swieq ghall-esportazzjoni. Ir-relazzjoni kummercjali ma' xi whud mill-awqa ditti fl-interior decor business ghin lill-Portelli & Brincat biex jakkwistaw esperjenza u taghrif. Dawn il-fatturi komplew jghinu biex il-kumpanija kibret u llum hi minn ta' quddiem f'dawk li huma prodotti ta' interior decor.
Fl-ewwel fabbrika li kellha fl-Imriehel il-kumpanija bdiet tipproduci vertical u roller blinds, PVC folding doors u shower cubicles ta' l-aluminju. Permezz ta' kuntatti nternazzjonali u zjajjar f'fieri l-kumpanija rnexxielha tistabbilixxi relazzjonijiet kummercjali ma' uhud mill-aktar kumpanija Ewropej rinomati fil-qasam ta' interior decoration.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922