Il-Ministru George Vella jiehu sehem fil-Laqgha Ministerjali tal-process Ewro-Mediterranju
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George Vella, il-bierah ha parti fil-Laqgha Ministerjali tal-Process EwroMediterranju, li nzammet fil-belt ta' Palermo, fi Sqallija.
Ghal din il-laqgha, li saret taht il-Presidenza tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ingliz, Robin Cook, u li kienet organizzata mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, Lamberto Dini, attendew il-Ministri kollha responsabbli tal-pajjizi kollha nvoluti fil-process EwroMediterranju, bl-eccezzjoni ta' dak Izraelit li kien rapprezentat b'Ufficjal Gholi.
Il-Ministru Vella ma kienx prezenti ghall-ewwel parti tal-laqgha li bdiet nhar l-Erbgha, minhabba xoghol parlamentari f'Malta, imma ha parti attiva fid-diskussjonijiet li saru l-bierah.
Meta kien qieghed jitkellem dwar is-shubija Ekonomika u Finanzjarja fi hdan il-process EwroMediterranju, it-Tabib Vella awgura li l-ftehim bilaterali ta' l-Assocjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjizi Mediterranji, jigu konkluzi malajr u wara ghandu jsir rapport komprensiv fuq il-problemi ekonomici komuni li qeghdin jiffaccjaw dawn il-pajjizi.
Huwa tkellem ukoll fuq il-bzonn li jigi zviluppat aktar kummerc bejn il-pajjizi Mediterranji nfushom u sahaq li biex dan isir irid ikun hemm ghajnuna finanzjarja sostanzjali u ssir ricerka dwar is-swieq u 'planning' bil-quddiem dwar kif dawn jistghu jithaddmu l-ahjar.
Meta tkellem fuq il-bzonn ta' finanzjament tal-process EwroMediterranju, il-Ministru Vella qal li hemm bzonn ta' aktar fondi fil-programm MEDA minn dawk ivvutati s'issa. Huwa qal li hemm bzonn ta' tqassim aktar gust ta' dawn il-flus, kif ukoll ghamel il-punt li hemm bzonn ta' aktar fondi u finanzjament ghal pajjizi bhal Malta, biex jiffaccjaw l-ispiza mehtiega ghall-process ta' ristrutturazzjoni bi thejjija ghal holqien ta' zona ta' Kummerc Hieles.
Il-Ministru Vella tkellem ukoll fuq il-bzonn li jsir hsieb gdid dwar id-djun li ghandhom certu pajjizi Mediterranji.
Fit-tieni parti tal-laqgha tal-bierah filghodu, waqt id-diskussjoni fuq l-Aspett Socjali, Kulturali u Umanitarju tal-Process EwroMediterranju, il-Ministru Vella, meta ndirizza l-laqgha, tkellem fuq l-oqsma ta' hidma u kooperazzjoni li fihom Malta qeghda tippartecipa ma pajjizi ohra, membri ta' dan il-process.
Huwa semma l-qasam awdjovisiv u l-kooperazzjoni li tezisti bejn Malta u l-Italja biex jitwaqqaf TV EwroMediterranju, kooperazzjoni li bdiet minn konferenza li saret f'Tessaloniki s-sena l-ohra.
Semma wkoll il-bzonn li jigu nvoluti z-zaghzagh, u d-djalogu li hemm bzonn li jsir bejn ir-religjonijiet li jezistu fil-Mediterran.
It-Tabib Vella rrapporta lill-Ministri r-rizultat pozittiv tal-Konferenza Preparatorja li saret Malta biex jitwaqqaf Forum Parlamentari fil-Process EwroMediterranju u enfasizza l-valur li forum parlamentari bhal dan jaf ikollu biex isahhah u jibni s-shubija bejn il-pajjizi membri ta' dan il-process.
Matul il-laqgha, il-Ministru Vella kellu laqghat u diskussjonijiet ma' diversi Ministri prezenti.
Minn Palermo, il-Ministru Vella baqa' sejjer Ateni, fejn se jkollu laqghat mal-President tar-Repubblika Griega, Constantinos Stephanopoulos, l-iSpeaker tal-Parlament Apostolos Kahlamanis, u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Theodoros Pangalos.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922