Left arrow Mur Lura

Il-Privatizzazzjoni parzjali ta' Maltacom plc: Bosta investituri barranin jattendu ghar-Roadshow ta' Londra

PR1040
Date Icon 04/06/1998

F'Londra llum rapprezentanti ta' aktar minn hamsin kumpanniji interessati fix-xiri ta' l-ishma tal-Maltacom plc attendew ghar-Roadshow li fethet fil-kapitali Ingliza f'sensiela ta' roadshows li qeghdin isiru f'dawn il-granet fl-Ewropa u fl-Istati Uniti. Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant u l-Ministru Joe Mizzi flimkien ma' ufficcjali tal-Maltacom kienu prezenti ghal din ir-roadshow. Matul dawn ir-roadshows il-Maltacom qed thajjar investituri barranin jixtru 20% ta' l-ishma tal-kumpanija bhala parti mill-pjan tal-Gvern li jipprivatizza l-Maltacom. Il-Gvern qed joffri ghall-bejgh 40% ta' l-ishma tal-Maltacom li minnhom 20% se jigu offruti fis-swieq internazzjonali waqt li 20% ohra gew offruti fis-suq lokali. L-offerta fis-suq lokali mistennija tiftah ghall-pubbliku fil-11 ta' Gunju bi prezz massimu li mistenni jithabbar fi ftit granet ohra.

L-investituri potenzjali li attendew ghar-roadshow ta' Londra inghataw informazzjoni dwar il-pozizzjoni finanzjarja u l-istrategija tal-Maltacom ghall-futur. Dawn ghamlu diversi mistoqsijiet dwar il-kumpanija tat-telekommunikazzjonijiet u l-pjani taghha ghal ristrutturazzjoni.

Rapprezentanti ta' dawn il-kumpaniji ltaqghu mal-Prim Ministru Malti u mar-rapprezentanti tal-Maltacom plc li spjegaw u elaboraw dwar il-pjanijiet tal-kumpanija. Il-Prim Ministru qal lill-investituri barranin li f'Malta jezisti konsensus dwar il-privatizzazzjoni tal-Maltacom. Il-Prim Ministru tkellem dwar l-izbilanc strutturali li wirtet l-amministrazzjoni gdida fil-finanzi tal-gvern u qal li fost il-mizuri korrettivi li kellhom jittiehdu kien hemm propju il-programm ta' privatizzazzjoni parzjali ta' kumpaniji statali li mistennija zzid l-efficjenza ta' l-istess kumpaniji. Dr Sant tkellem ukoll dwar il-politika Ewropea gdida tal-Gvern Malti u qal li Malta qed tinnegozja ftehim ta' zona ta' kummerc hieles ma' l-Unjoni Ewropea, peress li fil-futur previdibbli ma jaqbilx ghal Malta li ssir membru shih ta' l-U.E.

Ghal mistoqsijiet ta' gurnalisti dwar dan l-ezercizzju l-Prim Ministru qal li l-interess fl-ishma tal-Maltacom fis-suq lokali u fis-swieq barranin huwa sinjal tal-fiducja fil-kumpanija tat-telekommunikazzjonijiet u fl-ekonomija ta' pajjizna. "Min jixtri l-ishma tal-Maltacom fis-swieq internazzjonali qed juri fiducja f'dil-kumpanija ghax qed jixtri parti mill-futur taghha. Meta l-investituri barranin jixtru dawn l-ishma fis-swieq internazzjonali qed jghidu li ghandhom fiducja u li se jmorru tajjeb b'dak li qed jixtru mill-Maltacom. Min jixtri l-ishma tal-Maltacom qed jifhem li l-Maltacom hija parti essenzjali mill-mod kif l-ekonomija ta' Malta qed tizviluppa u allura qed juru fiducja aktar u aktar fl-ekonomija Maltija."

Is-sur Tony Meilaq u s-sur Joe Azzopardi, Chairman u General Manager rispettivament tal-Maltacom plc iltaqghu mar-rapprezentanti barranin u tkellmu dwar il-prospetti li jezistu ghall-investiment fil-kumpanija. Is-sur Alfred Mifsud, Chairman tal-Mid Med Bank kien prezenti wkoll ghal din ir-roadshow. Il-Mid Med Bank qed jikkoordina l-privatizzazzjoni tal-Maltacom plc flimkien ma' HSBC Investment Bank. Roadshows simili diga' saru fi Glasgow, Parigi, Zurich u Ginevra. Wara r-Roadshow ta' Londra mill-gimgha d-diehla se jsiru aktar laqghat simili f'Milan, fi Frankfurt, f'Boston u fi New York.

Matul iz-zjara tieghu f'Londra il-Prim Ministru se jkollu aktar laqghat ma' rapprezentanti ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow