Left arrow Mur Lura

Hargu l-offerti ghall-bini ta' sulari addizzjonali fuq blokki ta' appartamenti

PR1027
Date Icon 03/06/1998

Kuntratturi tal-bini bhalissa qeghdin jigu mitluba jitfghu l-offerti taghhom biex jibnu appartamenti fuq blokk ta' appartamenti tal-Gvern fil-Gudja. Dawn kienu l-ewwel offerti li hargu ghal bini ta' sulari addizzjonali li l-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali mistenni jibni f'diversi lokalitajiet f'Malta u Ghawdex.

F'dan l-istadju, fil-Gudja mistennija jinbnew 12-il appartament fuq blokk fil-Qasam tad-Djar ta' dan ir-rahal. B'kollox dan il-progett mistenni jigi jqum mal-Lm180,000. Aktar 'l quddiem mistennija johorgu l-offerti ghall-bini ta' 64 appartamenti li se jinbnew fuq blokki ezistenti fiz-Zejtun, iz-Zurrieq, Hal Qormi u H'Attard. B'kollox dawn il-progetti se jigu jqumu Lm1,140,000.

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli f'kumment li ghamel, qal li l-Ministeru tieghu ppjana biex b'kollox jinbnew mal-500 appartament fuq blokki ezistenti bi spiza ta' madwar Lm7,500,000. Huwa qal li dan il-progett innovattiv tfassal bil-ghan ewlieni li ma tinqeridx aktar art li tant hi skarsa f'dan il-pajjiz.

Huwa qal li ha hsieb biex f'dawn il-blokki, jigu stallati lifts ghall-kumdita' tar-residenti. B'dan il-mod se jibbenifika kulhadd, imma b'mod specjali dawk morda u nies bi bzonnijiet specjali.

Il-Ministru fisser ukoll li l-kuntratturi li jidhlu ghal dan ix-xoghol qed jintrabtu li jlestu fi zmien stipulat, li jhammgu mill-inqas, li juzaw biss facilitajiet sanitarji li jridu jipprovdu huma stess u fuq kollox iridu jaghmlu tajjeb permezz ta' l-assikurazzjoni ghal xi hsarat li jirrizultaw mix-xoghol.

Il-kuntrattur irid jintrabat ukoll li jahsel it-tarag u l-intrata kuljum, jassikura li ma jidholx ilma tax-xita u ma jtellax materjal mit-tromba. U dan mhux bizzejjed, ghaliex il-Gvern se jidhol biex jipprovdi servizz ta' cable television b'xejn ghar-residenti koncernati sakemm idum ix-xoghol. Ir-residenti se jithallew ukoll jonxru fil-gallariji taghhom sakem jitlesta x-xoghol.

Il-Ministru appella lir-residenti biex jikkoperaw f'dan il-progett fejjiedi u jiftakru li kif il-Gvern haseb fihom meta pprovdielhom residenza dicenti fejn jghixu, hekk issa jrid jaghmel ma' dawk li ma ghandhomx fejn joqghodu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow