Punti mill-Konferenza Stampa dwar self moghti mill-Fond ghall-Izvilupp Socjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa ghall-progett ta' l-Isptar il Gdid f'Tal-Qroqq - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent - 2 ta' Gunju 1998
IL-FOND GHALL-IZVILUPP SOCJALI
Malta ilha membru tal-Fond ghall-Izvilupp Socjali mill-1973. Dan il-Fond fil-prattika huwa l-'id' finanzjarja tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Joffri l-possibilita ta' self b'rati ta' imghax baxx lill-Istati membri tal-Fond fuq progetti ta' natura socjali.
L-iskop primarju tal-Fond, sa mill-bidu tat-twaqqif tieghu, kien u ghadu l-ghan socjali. Ghalhekk il-Fond jaghti prijorita' lill-progetti relatati ma' bzonnijiet ta':
- refugjati u migranti
- dizastri naturali u dizastri ekologici
- progetti dwar akkomodazzjoni socjali
- protezzjoni ambjentali
- edukazzjoni
- sahha
- progetti ta' intraprizi ta' daqs zghir u medju
Aktar minn 20% tal-progetti approvati mill-Fond f'dawn l-ahhar 3 snin kienu jikkoncernaw il-holqien ta' l-impjiegi permezz ta' intraprizi.
Sal-lum il-Fond ghandu 29 Stat membru Ewropew li 12 minnhom huma mill-Unjoni Ewropea. Dawn l-ahhar snin, wara t-tmiem tal-Gwerra Bierda, il-Fond, qieghed kull ma jmur jizviluppa billi jadatta aktar ruhu mall-htigijiet ta' l-Istati membri. Fil-fatt qeghda tinghata aktar importanza lill-finanzjament ta' progetti li joholqu l-impjiegi fid-dawl tal-problemi ta' numru dejjem akbar ta' haddiema bla xoghol fl-Ewropa, kif ukoll bid-dhul ta' Stati membri godda fi hdan il-Kunsill ta' l-Ewropa.
Barra minn hekk, fl-ahhar Summit tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Ottubru 1997, il-mexxejja ta' l-Istati membri heggew lill-Fond sabiex izid l-isforz ta' investiment tieghu fil-qasam socjali u tal-holqien ta' l-impjiegi.
B'rispons ghal din it-talba il-Fond ghall-Izvilupp Socjali diga' ha mizuri sabiex jaggorna u jwessa r-regoli tieghu fl-oqsma msemmija.
L-ATTIVITA TA' MALTA FIL-FOND
Fil-passat Malta nghatat u ghadha tibbenefika minn self approvat ghall-progetti tal-bini ta' djar mill-Gvern. Fil-fatt hafna mill-housing estates tal-Gvern ittellghu bis-sahha ta' self moghti b'rati agevolati mill-Fond lill-Gvern Malti.
Fil-laqgha tal-15 ta' Mejju 1998, il-Fond ghadu kemm laqa' applikazzjoni mill-Gvern Malti sabiex jizdied il-finanzjament fuq il-progett ta' l-isptar il-gdid ta' tal-Qroqq, minn LM12-il miljun lira ghal LM26 miljun lira; zieda netta ta' LM14 miljun lira.
Hemm ukoll il-possibilta` li l-facilita` ta' 24.5 miljun Dollaru Amerikan, li diga` gew moghtija mill-Fond ghall-Izvilupp Socjali lill-Gvern Malti fl-1988 u li ma gew qatt utilizzati, issa jistghu jigu direttati ukoll ghall-bini ta' dan l-isptar. Fil-fatt, il-Gvern Malti diga` ghamel talba lill-Fond biex issir din il-modifika.
Il-progett ta' l-isptar ghandu l-ghan li jgholli l-livell tas-servizzi sekondarji u terzjarji fil-qasam tas-sahha. L-isptar ser ikollu kapacita' li jesa' 800 sodda bil-possibilita` li ssir estensjoni sabiex ikun jista' jesa' sa 1,000 sodda.
Ta' min isemmi wkoll, li f'Jannar ta' din is-sena, il-Fond laqa' applikazzjoni tal-Mid-Med Bank sabiex jiffinanzja l-iskema ta' l-Intraprizi ta' daqs Zghir u Medju. L-applikazzjoni tal-Mid-Med Bank giet approvata. Il-valur ta' dan is-self kien ilahhaq l-ammont ta' LM10 miljuni u certament ser ikun ta' ghajnuna siewja ghall-industrija Maltija.
TLETT MISSJONIJIET TAL-FOND MATUL 1997
Matul l-1997, tlett missjonijiet importanti mill-Fond ghall-Izvilupp Socjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa gew Malta fuq aspetti differenti. Dawn kienu fil-qasam:
Bankarju: Missjoni Teknika fi Frar kellha l-ghan li tevalwa u ssegwi mill qrib il-progett ta' l-Isptar il-Gdid
Zvilupp ta' Progetti Godda: Saret zjara f'Gunju mill-Kap responsabbli ghall-Izvilupp tal-Fond, Mr Theodor IVANOV, sabiex jigu identifikati progetti godda fejn il-Fond jista` jghin kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament.
Governattiv: F'Dicembru, gie Malta l-Vici Gvernatur tal-Fond, Mr Ignacio GARRIDO. Filwaqt li Mr GARRIDO kkonferma l-impenn tal-Fond li jsahhah ir-relazzjonijiet mal-Gvern ta' Malta, hu kellu l-opportunita` li jiltaqa' ma' l-ghola awtoritajiet tal-Gvern u istituzzjonijiet finanzjarji Maltin.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922