Left arrow Mur Lura

Osservazzjonijiet dwar ir-Refugjati f'Malta

PR1019
Date Icon 02/06/1998

1. B'riferenza æall-artikolu li deher illum f'The Malta Independent dwar ir-refugjati f'Malta, l-awtoritajiet konðernati jixtiequ jaæmlu dawn l-osservazzjonijiet.

2. Malta, bóala parti mill-Konvenzjoni tal-Ínus Maæquda dwar ir-refuíjati, tonora l-obbligi kollha taæha li jaqæu taót din il-Konvenzjoni. Meta rratifkat din il-Konvenzjoni fl-1971, Malta æamlet ðertu riservi minóabba ð-ðokon taæha u minóabba l-vulnerabilità ta' l-ekonomija taæha li ma tistax tiflaó iktar refuíjati milli tista'.

Skond dawn l-obbligi Malta tista' taððetta biss refugjati li jiíu mill-Ewropa. Artikolu 33 tal-Konvenzjoni jæid - taót l-hekk imsemmi 'refoulement' - Malta ma tistax tibæat lura lejn pajjiúhom persuni li l-óajja jew l-óelsien taæhom ikunu qed jiíu mhedda minóabba r-razza, ir-reliíjon, nazzjonalita`, jew is-sóubija taæhom ma' xi grupp soðjali jew opinjoni politika. Kif wieóed jistenna ikun óemm diversi kaúi fejn persuni b'intenzjonijiet óúiena jippruvaw jaæmlu uúu minn din il-klawúola fil-Konvenzjoni biex jibqæu Malta taót pretensjoni ta' refuíjati.

Æalhekk il-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni jkollhom biðða xoæol kbira biex jaraw li ma jsir l-ebda abbuú minn din il-klawúola u fl-istess óin jassiguraw li dawk li huma íenwini ma jsofrux xi konsegwenzi negattivi intortament. Kien ikun iktar f'loku li ma' l-osservazzjonijiet li íew pubblikati fl-imsemmi artikolu f'The Malta Independent jissemmew ukoll dawn id-diffikultajiet li l-awtoritajiet qed jiffaððjaw kontinwament biex jikkontrollaw sitwazzjoni, li jekk ma' tinúammx taót osservazzjoni stretta, tista' titlef il-kontroll fuqha b'konsegwenzi serji fuq il-pajjiú.

3. Minkejja din is-sorveljanza stretta mill-Pulizija jkun hemm numru konsiderevoli minn dawn il-vjaííaturi li jirnexxilhom jidólu Malta legalment u wara l-Pulizija ssib li dawn, jew ikunu skorrew iú-úmien tal-permess taæhom li jibqæu Malta, jew ikunu spiððawlhom il-flus biex imantnu ruóhom, jew li d-dokumenti li permezz taæhom ikunu daólu Malta jirriúultaw foloz, jew li jkunu qed jaódmu Malta minæajr permess, jew æal xi raíuni oóra jkunu baqæu Malta illegalment.

4. Il-Mistoqsija Parlamentari li qed jaæmel referenza æaliha l-artikolu in kwistjoni hija in konnessjoni ma' persuni ta' nazzjonalità barranija li íew rifjutati li jidólu Malta billi jew ma kellhomx id-dokumenti neðessarji jew inkella íie aððertat li kienu deólin Malta mhux b'intenzjonijiet tajbin. Góalhekk, bl-ebda mod ma' jista' wieóed isejjaó dawn in-nies bóala refugjati.

Fil-fatt, l-ebda wieóed minnhom ma kellu l-istatus ta' refugjat. Huwa d-dmir tal-pulizija li jkunu nkarigati mill-kontroll ta' passiííieri li jkunu deólin Malta li jirrifjutaw id-dóul f'Malta ta' persuni li ma jkollhomx id-dokumenti neðessarji jew li juru bið-ðar li ma jkollhomx mezzi biex imantnu ruóhom waqt ir-residenza taæhom fil-pajjiú jew æal raíunijiet oóra juru li ma humiex turisti bona fide.

5. Skond l-aóóar statistika maóruga mill-Uffiððju tal-UNHCR f'Malta, n-numru ta' refuíjati, jew ta' dawk li qed ifittxu asylum f'Malta, sa l-aóóar tas-sena 1997 kien ta' 206 li diversi minnhom huma akkumpanjati bil-familji tagóhom. Il-Gvern, dan l-aóóar, biex jæin iktar lir-refuíjati, approva li æandha tinóareí Identity Card speðjali æalihom skond kif jipprovdi artikolu 27 tal-Konvenzjoni.

B'dan il-mod il-Gvern qed jassigura li dawn ir-refuíjati ma jiíux abbuúati billi huma jkunu jistæu jipproduðu din l-Identity Card li turi li huma jinsabu Malta legalment u æalhekk jistæu jiíu identifikati faðilment minn oórajn li minóabba l-istatus illegali taæhom jistæu jaqæu vittmi ta' persuni b'intenzjonijiet ulterjuri.

6. Irid jigi assigurat li Malta tonora l-obbligi tagóha dwar l-hekk imsejjah 'refoulement', u fl-ebda kaú ma kien hemm li barrani íie estradit jew li Malta irrifjutat li tagóti kenn lil min bil-provi kien fil-periklu góall-óajtu jew fil-periklu ta' trattament inuman jekk dan kien jiíi mibgóut lura f'pajjiúu.

7. Huwa ineúat u iníust li ssir kritika lil Malta li qisha ma hix tonora l-obbligi tagóha lejn nies li qegódin jaóarbu minn sitwazzjoni ekonomika jew politika óazina ta' pajjiúhom. Biúúejjed wieóed ifakkar fl-eluf kbar ta' ðittadini Iraqqini, Sudanizi u ohrajn li matul is-snin li góaddew, minkejja l-limitazzjonijiet li góandna f'pajjizna u minkejja li m'ahniex marbutin bl-ebda trattat jew konvenzjoni, aððettajna bil-qalb f'pajjiúna u góamilna l-aójar li stajna góalihom.

Kien ikun aktar íust kieku saret kritika lil pajjiúi kbar li jifilóu jilqgóu fihom dawn ið-ðittadini billi jóaffu l-proðeduri li bihom finalment joffru residenza permanenti u futur aójar góalihom, óaía li Malta fið-ðokon tagóha ma tistax toffri.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow