Il-Ministru Michael Farrugia ihabbar ir-rebbieh tal-Kampanja kontra t-tipjip: Ieqaf u Irbah
Il-Ministru Michael Farrugia habbar li 200,000 persuna minn madwarr 50 pajjiz hadu sehem fil-kampanja 'Quit and Win' - Ieqaf u Irbah imnedija mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha.
F'Malta kien hawn 356 persuna li hadet sehem f'din il-kompetizzjoni, li fiha minn jiehu sehem irid jaghmel 4 gimghat ma' jpejjipx sigarett wiehed. Il-Ministru qal l-istatistika turi li wara sena bejn 15% u 20% li jippartecipaw f'din il-kampanja jibqghu ma jpejpux u huwa kkalkulat li bejn 30 u 40 elf persuna madwar id-dinja jieqfu mit-tipjip.
L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha tippubblika spiss rapporti fejn percentagg indirettament jew direttament imutu minhabba problemi kronici fl-organi tal-gisem, bhal qalb, mard respiratorju u cirkolazzjoni. Barra minn hekk jintefqu miljuni ta' liri kull sena ghall-kura ta' dan it-tip ta' mard li jista' jigi evitat jekk wiehed ma jpejjipx.
Il-Ministru kompla jghid li l-aktar settur milqut mit-tipjip huwa l-generazzjoni zaghzugha - b'mod specjali t-teenagers. Dawn jista' jkun li jpejpu minnhabba 'peer pressure' u qal li hawnhekk ghandha tidhol il-media li turi b'mod car li t'-tipjip joqtol. Ic-censiment ricenti juri li f'Malta hawn 70,000 persuna ta' l-fuq minn 18 il-sena li tpejjep.
Hawnhekk il-Ministru kkwota lid-Direttur Generali gdida tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha Dr Bruntland li ghada kif giet eletta. Hija qalet minnghajr tlaqlieq 'It-tipjip joqtol - u ahna rridu niggieldulu.' Huwa qal ukoll li l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha tirrakomanda li t-taxxa fuq is-sigaretti jkun aktar gholi mir-rata tal-inflazzjoni
Wara d-diskors tal-Ministru giet imtellgha l-lotterija tal-partecipanti minn tifla ta' 9 snin, Myrna Azzopardi, fil-prezenza tas-Sur Hector Micallef mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku.. Dawn il-partecipanti rebbieha iridu issa joqghodu ghall-procedura u testijiet semplici biex ikun zgurat li matul dawn l-ahhar 4 ghimghat ma pejjpux. Jintuza appart apposta li jkejjel il-carbon monoxide fin-nifs, kif ukoll isiru testijiet tal-urina. Barra minn hekk jigu mtellgha x-xhieda li jkunu tresqu mill-partecipant.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922