Left arrow Go Back

Il-Ministru Michael Farrugia ihabbar ir-rebbieh tal-Kampanja kontra t-tipjip: Ieqaf u Irbah

PR1011
Date Icon 01/06/1998

Il-Ministru Michael Farrugia habbar li 200,000 persuna minn madwarr 50 pajjiz hadu sehem fil-kampanja 'Quit and Win' - Ieqaf u Irbah imnedija mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha.

F'Malta kien hawn 356 persuna li hadet sehem f'din il-kompetizzjoni, li fiha minn jiehu sehem irid jaghmel 4 gimghat ma' jpejjipx sigarett wiehed. Il-Ministru qal l-istatistika turi li wara sena bejn 15% u 20% li jippartecipaw f'din il-kampanja jibqghu ma jpejpux u huwa kkalkulat li bejn 30 u 40 elf persuna madwar id-dinja jieqfu mit-tipjip.

L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha tippubblika spiss rapporti fejn percentagg indirettament jew direttament imutu minhabba problemi kronici fl-organi tal-gisem, bhal qalb, mard respiratorju u cirkolazzjoni. Barra minn hekk jintefqu miljuni ta' liri kull sena ghall-kura ta' dan it-tip ta' mard li jista' jigi evitat jekk wiehed ma jpejjipx.

Il-Ministru kompla jghid li l-aktar settur milqut mit-tipjip huwa l-generazzjoni zaghzugha - b'mod specjali t-teenagers. Dawn jista' jkun li jpejpu minnhabba 'peer pressure' u qal li hawnhekk ghandha tidhol il-media li turi b'mod car li t'-tipjip joqtol. Ic-censiment ricenti juri li f'Malta hawn 70,000 persuna ta' l-fuq minn 18 il-sena li tpejjep.

Hawnhekk il-Ministru kkwota lid-Direttur Generali gdida tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha Dr Bruntland li ghada kif giet eletta. Hija qalet minnghajr tlaqlieq 'It-tipjip joqtol - u ahna rridu niggieldulu.' Huwa qal ukoll li l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha tirrakomanda li t-taxxa fuq is-sigaretti jkun aktar gholi mir-rata tal-inflazzjoni

Wara d-diskors tal-Ministru giet imtellgha l-lotterija tal-partecipanti minn tifla ta' 9 snin, Myrna Azzopardi, fil-prezenza tas-Sur Hector Micallef mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku.. Dawn il-partecipanti rebbieha iridu issa joqghodu ghall-procedura u testijiet semplici biex ikun zgurat li matul dawn l-ahhar 4 ghimghat ma pejjpux. Jintuza appart apposta li jkejjel il-carbon monoxide fin-nifs, kif ukoll isiru testijiet tal-urina. Barra minn hekk jigu mtellgha x-xhieda li jkunu tresqu mill-partecipant.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow