L-Industrija tal-majjal tkompli turi sinjali posittivi
Iz-zieda 16.8 fil-mija fil-qatla tal-majjal u t-tnaqqis ta' kwazi 1000 tunnellata fl-importazzjoni tal-majjal frisk matul is-sena li ghaddiet, kienu ta' sodisfazzjon kemm ghall-produttur kif ukoll ghall-konsumatur.
B'rizultat ta' dan kumpaniji barranin qed juru interess kbir li jinvestu f'din l-industrija lokali tal-majjal.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta kien qed jindirizza l-Laqgha Generali Annwali tal-Produtturi tal-Majjal.
Matul id-diskors tieghu huwa ferah lill-Kumitat ta' Tmexxija li matul l-1997 irnexxielu jwaqqaf it-telf li kien ilu jakkumula sa mill-1994 fil-koperattiva. Mhux biss, imma óallas 'il fuq minn 250 000 lira overdraft li kienu tóallew mill-kumitat ta' qabel u heggu sabiex aktar izid id-dixxiplina fost il-produtturi halli l-operat tar-rahhala ikun trasparenti u jirrifletti l-verita` tal-fatti u b'hekk il-livell ta' l-industrija lokali jkompli joghla.
Il-Ministru qal lill-Koperattiva li lejn l-aóóar ta' Íunju se tiíi Malta delegazzjoni tad-ditta Olandiza Cebeco. Dan il-konsorzjum li huwa responsabbli mill-investiment tal-koperattivi tar-rahhala u bdiewa Olandizi barra l-Olanda, se jkollu diskussjonijiet ufficjali dwar investiment fl-industrija lokali tal-majjal.
Huwa kompla jghid li l-Ministeru ghandu mhejji numru ta' laqghat ma' Chefs Maltin u barranin li jahdmu fil-gzejjer Maltin, sabiex flimkien mal-Food & Beverages Managers taghhom jitkellmu dwar il-problemi li jiltaqghu maghhom meta juzaw laham frisk Malti u kif jistghu wkoll idahhlu aktar l-uzanza ta' laham frisk fil-menus fil-lukandi u ristoranti rispettivi.
Il-Ministru Noel Farrugia temm jghid li z-zieda ta' kwazi zewg miljuni u nofs liri Maltin registrati fil-GDP matul l-1997 fis-setturi tal-biedja u sajd huma xhieda u fatti ta' kemm il-politika tal-Gvern prezenti trendi f'gid ghall-bdiewa, rahhala u sajjieda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922