Ir-Rapport tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Biedja u Sajd: l-Industrija lokali tal-halib
Il-bidliet li jridu jsehhu fl-industrija tal-halib fit-tliet snin li gejjien se jkollhom l-ghan li jrendu aktar ghar-rahhal, ghall-konsumatur u ghall-harsien ta' l-ambjent.
B'din id-direzzjoni jkun assigurat li fil-futur tizdied l-efficenza, l-kwalita u l-varjeta` tal-prodotti tal-halib, kif ukoll jizdiedu l-impjiegi u tissahhah aktar l-ekonomija nazzjonali.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd meta indirizza Seminar Nazzjonali dwar il-futur ta' l-industrija tal-halib fil-Gzejjer Maltin.
Il-Ministru rrefera ghas-Sezzjoni dwar l-Industrija tal-Halib fir-Rapport tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Biedja u s-Sajd. Huwa qal li il-Kummissjoni ssostni li l-produzzjoni tal-halib f'pajjizna, li llum tlahhaq 'il fuq minn 45 miljun litru halib b'valur ta' aktar minn Lm7 miljuni, tista' tissahhah aktar
Huwa qal li din l-industrija taghti impjieg dirett u indirett lil mijiet ta' haddiema fosthom rahhala, bdiewa u haddiema tal-fabbriki tal-halib u tal-gwiez li bil-hidma taghhom jipproducu l-htigijiet ta' pajjizna ghall-halib frisk pasturizzat, rikotta, krema friska, yogurt, gbejniet u mozzarella b'valur totali ta' aktar minn Lm10 miljuni.
Minkejja dan, l-importazzjoni ta' prodotti ohra tal-halib bhal butir, halib tal-bott, halib tat-trab u gobon ghadha ferm qawwija u dan jaghti lok ghal aktar zvilupp ta' l-industrija lokali.
Il-Ministru qal li l-objettivi principali ghal din l-industrija fis-snin li gejjin ghandhom jkunu li:
Nipproducu prodotti lokali tal-halib ta' kwalita` gholja bi prezzijiet stabbli u kompetittivi li jissodisfaw id-domanda u l-htigijiet tal-konsumatur lokali u tat-turisti li jzuruna;
intejjbu d-dhul u l-livell socjali tar-rahhala u tal-haddiema l-ohra fl-industrija, billi nzidu l-produttivita`, l-efficenzja, il-varjeta u l-kwalita` f'kull stadju tal-produzzjoni, processar, distribuzzjoni u bejgh tal-prodotti tal-halib.
Huwa kompla jghid li l-Ministeru flimkien mal-KPH, l-MDP u numru ta' esperti barranin f'dan il-qasam qed jahdmu bis-shih sabiex jitjieb il-management tar-rahhala bil-ghan li tizdied u toghla l-produzzjoni u l-kwalita` tal-halib mill-istess merhla li llum hawn f'pajjizna.
B'dan il-pass ikun qed jigi evitat li jikber in-numru ta' rziezet li, kawza tac-cokon taghna, huwa problema u naturalment ma tizdiedx il-produzzjoni tal-laham tac-canga friska, li ghal dawn l-ahhar 20 sena dejjem kienet ta' problema ghall-industrija lokali.
Il-Ministru kompla jghid li l-Gvern qed jistharreg ukoll il-possibilta` li jigu ntrodotti kwalitajiet differenti ta' gwiez u maghlef. Dan bil-ghan li ghall-futur parti mit-Lm8 miljun li jigu mpurtati ghall-industrija bhala gwiez tal-bhejjem f'pajjizna jibdew jitkabbru fuq l-ucuh tal-bdiewa taghna.
B'hekk kompla jghid il-Ministru, il-bdiewa Maltin u Ghawdxin ikunu jistghu jkomplu jkabbru dawn il-prodotti skond id-domanda tas-suq ta' l-industrija lokali tal-halib u b'hekk ikollhom bejgh garantit tal-prodott taghhom b'margini ta' aktar profit u b'inqas impatt fuq l-ambjent.
Il-Ministru tkellem dwar il-Protokoll li sar bejn Malta u l-Libja ghas-settur tal-Biedja u qal li dan il-ftehim holoq opportunitajiet godda sabiex fi tliet snin tizviluppa aktar attivita` kummercjali konnessa mal-biedja, is-sajd u l-agro-industrija bejn il-koperattivi u settur privat Malti u Libjan.
Il-Ministru temm id-diskors tieghu billi heggeg lir-rahhala jikkoperaw u jikkordinaw ahjar il-hidmiet taghhom, sabiex flimkien mal-MDP u KPH ikomplu jinvestu fl-izvilupp ta' biedja xjentifika, li hija l-unika triq li tirrendi success f'dan is-settur fiz-zminijiet ta' llum.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922