Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ufficcju tal-Prim Ministru dwar dak li sehh fit-Torri tal-Gharghur

PR1002
Date Icon 30/05/1998

B'riferenza ghal dak li gara l-bierah fit-torri tal-Gharghur, il-Gvern jixtieq jippreciza dan li gej:

1. Il-Partit Nazzjonalista nghata licenzja biex jittrasmetti bit-televizjoni b'decizjoni tal-Gvern li alloka frekwenzi godda wara li l-PN applika lill-Awtorita' tax-Xandir. M'hemm l-ebda hsieb li din il-licenzja tixxellef b'xi mod, dejjem fir-rispett tal-kundizzjonijiet teknici li fuqhom inghatat u fir-rispett shih tal-ligi. Il-licenzja mahruga lill-PN, kif ukoll lil applikant iehor, kienet soggetta ghal kundizzjonijiet maghmula lill-Awtorita' tax-Xandir li kienet tghid li l-kanali fuq il-UHF allokati godda setghu jintuzaw minghand antenni individwali u mhux mit-torri tal-Gharghur. Fil-kaz tal-licenzja moghtija lil NET TV kundizzjoni teknika kienet ghalhekk li t-trasmissjonijiet isiru mill-Iklin, li kien gie identifikat mill-PN innifsu. Dan sar peress li jezistu rapporti teknici li jghidu li mit-torri tal-Gharghur mhux possibbli li jsiru trasmissjonijiet addizjonali fuq il-UHF minghajr ma tinholoq interferenza qawwija fuq trasmissjonijiet lokali diga' ezistenti. Dawn l-istudji teknici kienu saru fi zmien l-amministrazzjoni precedenti.

2. Fl-ahhar gimghat kienu saru rapporti ta' xandiriet televizivi bi prova minn NET TV mhux awtorizzati skond il-licenzja moghtija lill-PN minn zona qrib in-Naxxar, liema xandiriet holqu interferenza kbira fuq trasmissjonijiet televizivi lokali.

3. Skond l-Avviz Legali 71 ta' l-1998 kwalunkwe trasmissjonijiet televizivi jistghu jsiru biss minn postijiet u antenni "hekk kif l-Awtorita tax-Xandir, bi ftehim mal-Ministru responsabbli ghat-Telegrafija minghajr Fili, tista' tapprova bil-miktub."

4. Il-Gvern kellu informazzjoni, li rrizultat fondata ghaliex ikkonfermata wkoll mill-Partit Nazzjonalista, li ddahhal transmitter tat-TV fit-torri tal-Gharghur bil-ghan li jxandar. Twahhlu wkoll panelli marbuta mat-thaddim ta' dan it-transmitter. Il-Ministru responsabbli qatt ma ntalab, la mill-Awtorita' tax-Xandir u lanqas minn haddiehor, biex jawtorizza dan l-ezercizzju. Fid-dawl tal-poteri moghtija lilu mil-ligi, il-Ministru talab lill-awtoritajiet tal-pulizija biex jizguraw li t-transmitter ma jibqax fit-torri tal-Gharghur. La qatt kien hemm u lanqas hemm xi hsieb li dan it-transmitter jigi kkonfiskat.

5. Jibqa' inkontestat li l-operat tat-telekomunikazzjoni f'pajjizna ghandu jkun suggett ghal-ligijiet tal-pajjiz u ghad-decizjonijiet tal-qrati. Il-Qorti l-bierah iddecidiet, fuq talba ta' stazzjon privat, li l-Awtorita' tax-Xandir m'ghandhiex tippermetti xandir gdid fuq il-UHF mit-torri tal-Gharghur. Il-Qorti ddecidiet ukoll, b'mandat ta' inibizzjoni fuq talba tal-PN, li t-transmitter u l-panelli mtella' u mwahhla fit-torri tal-Gharghur jibqghu fejn jinsabu llum.

6. Illum il-Gvern ipprezenta rikors fil-qorti biex jitlob ir-revoka contrario imperio tal-mandat ta' inibizzjoni moghti favur il-Partit Nazzjonalista.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow