Tintemm iz-zjara tal-Vici Prim Ministru Malti fit-Tunezija
Il-bierah il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George Vella, temm jumejn ta' tahditiet fit-Tunezija.
Wara li kellu laqghat fit-tul mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Said Ben Mustapha, nhar il-Hamis, it-Tabib Vella il-berah kellu laqghat mal-Prim Ministru Dr Hamed Karoui, u laqghat separati ma' erba' Ministri ohra: dak tal-Kummerc Mohdher Zenaidi, dak ta' l-Industrija Moncef Ben Abdallah, dak tat-Trasport, Hassine Chouk, u dak ta' l-Ambjent Mlika Mohamed Mehdi.
Matul il-laqghat kollha, li nghataw importanza mill-media Tunezina, gew diskussi r-relazzjonijiet tajba li jezistu bejn Malta u t-Tunezija, u gew mistharrga oqsma ohra ta' kooperazzjoni li jistghu jigu zviluppati fil-futur.
Ma' kull Ministru, it-Tabib Vella u d-delegazzjoni tieghu ddiskutew is-settur partikolari tal-Ministru kkoncernat, u x'punti kellhom jigu diskussi aktar 'il quddiem meta tiltaqa' l-Mixed Commission ta' bejn iz-zewg pajjizi, aktar tard din is-sena.
B'mod partikolari qablu li immedjatament tissahhah il-koperazzjoni li diga' tezisti bejn iz-zewg Ministeri ta' l-Ambjent, u li jigu identifikati mezzi kif jikber il-kummerc bejn iz-zewg pajjizi, u kif jista' jigi mhajjar l-investiment reciproku fil-qafas tar-relazzjonijiet li z-zewg pajjizi bhalissa qeghdin jizviluppaw ma' l-Unjoni Ewropeja.
Mal-Prim Ministru Dr Hamed Karoui, il-Ministru Vella ddiskuta fost affarijiet
ohra l-bzonn ta' aktar koperazzjoni min-naha Tunezina biex tinghalaq l-inkjesta ta' l-ajruplan Piper Lance, kif ukoll il-bzonn li tinsab soluzzjoni xierqa ghall-problema tal-blata kontinentali bejn Malta u t-Tunezija.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Tunezin gie mistieden jaghmel zjara ufficjali f'Malta meta jkun il-waqt.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922