Left arrow Mur Lura

It-Tifkira tal-wasla tal-Francizi f'Malta: se ssir l-akbar ri-evokazzjoni li qatt saret fl-Ewropa

PR0998
Date Icon 30/05/1998

It-tifkira tal-wasla tal-Francizi f'Malta u l-grajjiet imqanqla li sehhew fix-xhur u s-snin ta' wara se tkun l-akbar rievokazzjoni li qatt saret sal-lum fl-Ewropa. Se jiehdu sehem mas-700 persuna li se jinterpretaw b'kostumi ta' l-epoka l-partijiet tad-diversi rigmenti fuq iz-zewg nahat tas-swar. Din il-grajja qed tigi mfakkra mill-Kumitat tat-Tifkira '1798-1800' imwaqqaf mill-Prim Ministru li ghal dawn l-ahhar tnax-il xahar iltaqa' regolarment biex ifassal il-pjan twil ghal hidma mehtiega biex jitfakkru dawn il-grajjiet importanti fl-istorja ta' pajjizna.

Bdew jintbaghtu l-armamenti ta' l-epoka ta' zmien Napuljun Bonaparti biex nhar l-Erbgha 3 ta' Gunju jinghata bidu ghat-tifkira tal-grajjiet li sehhew f'Malta mitejn sena ilu mal-migja tal-Francizi f'Malta. L-armamenti jinkludu kanuni u musketti ta' zmien il-Francizi, tined militari, tnabar, bandieri tal-Francizi u ta' l-Inglizi li kienu hadu sehem fil-glieda ghal Malta. L-armamenti li se jintuzaw f'din ir-rievokazzjoni ntbaghtu minn Toulons, minn Wiesbaden, minn Antwerp u minn Praga.

Fil-bidu tal-gimgha se jibdew jaslu Malta wkoll l-ewwel gruppi minn stakkamenti ta' Francizi u Inglizi minn bliet differenti ta' l-Ewropa, fosthom Parigi, Frankfurt, Praga u Milan. Dawn in-nies li b'kollox se jlahhqu hames mija jghixu u jilbsu sa l-anqas dettall bhas-suldati ta' l-epoka. Hawn Malta se jkunu qeghdin jaghtu l-hajja mill-gdid lit-taqtighat li saru fl-ibliet u l-irhula Maltin. Dawn is-'suldati' qeghdin jimxu l-aktar fuq it-taghrif misjub fl-aktar pubblikazzjonijiet maghrufa hawn Malta dwar l-epoka, b'mod partikolari Bonaparti f'Malta ta' Frans Sammut u The French in Malta ta' Dr. Carmelo Testa.

Is-'suldati' se jkollhom il-kwartieri taghhom fil-Forti Sant Iermu li gie trasformat f'fortizza ta' l-epoka. Minn hemm huma se johorgu kemm bil-mixi, u kif ukoll rekbin fuq iz-zwiemel ghall-inhawi fejn saru t-taqbidiet f'dawk is-sentejn imqanqla.

Din ir-rievokazzjoni se tingibed kollha mill-Istazzjon Televiziv Franciz TFI biex jixxandar fi Franza fl-14 ta' Lulju ta' din is-sena. Stazzjonijiet ohrajn urew l-interess taghhom li jigbdu dawn ix-xeni unici. Fost dawn hemm l-istazzjon Nazzjonali Malti u dawk privati.

PHOTO CAPTION - Napuljun Bonaparti se jkun wiehed mill-protagonisti ewlenin fir-rievokazzjoni li se ssir f'Malta fil-granet li gejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow