Stqarrija mill-Ministeru ghall-Harsien Socjali
B'riferenza góall-Istqarrija góall-Istampa dwar l-istat tal-qasam soðjali f'pajjiúna maóruía mill-Maltese Association of Social Workers (MASW) fit-28 ta' Mejju 1998, il-Ministeru góall-Óarsien Soðjali jixtieq iíib góall-attenzjoni tal-pubbliku dawn il-fatti:
/p>
(i) il-Ministeru góall-Óarsien Soðjali jóoss li l-istqarrija ta' l-Assoðjazzjoni hija nieqsa minn kull sens ta' responsabbiltà u l-Ministeru jemmen li min kitibha kellu skopijiet ulterjuri. L-Assoðjazzjoni óaríet din l-istqarrija daqshekk negattiva mingóajr qatt ma talbet li tiltaqa' mall-Ministru góall-Óarsien Soðjali jew ma' uffiðjali góolja tal-Ministeru sabiex tiddiskuti xi soluzzjoni góal problemi li qed tgóid li jeúistu fil-qasam soðjali;
(ii) assolutament m'huwiex minnu li l-qasam soðjali f'pajjiúna qed jitmexxa mingóajr sens ta' direzzjoni. Il-kuntrarju matul dawn l-aóóar ftit xhur, il-Gvern waqqaf numru ta' entitajiet sabiex jissaóóaó il-qafas istituzzjonali u amministrattiv góal óidma fil-qasam soðjali f'pajjiúna. Twaqqfet il-Fondazzjoni góal Servizzi ta' Óarsien Soðjali sabiex, fost ówejjeí oóra, jkunu jistgóu jitmexxew b'mod aktar professjonali u trasparenti, l-Aíenzija Sedqa u l-Programm Óidma Soðjali (Social Welfare Development Programme);
(iii) twaqqfet il-Kummissjoni Ko-ordinattiva kontra l-Abbuú mill-Alkoóol u d-Droga u, proprju f'dawn il-íranet, qed titwaqqaf Kummissjoni Ko-ordinattiva góall-Familja u l-Óarsien Soðjali. Bóal ma jixhed isimhom, dawn il-Kummissjonijiet góandhom l-góan prinðipali li jikkoordinaw l-attivitajiet ta' dawk, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak tal-volontarjat, li jaódmu fil-qasam soðjali, góaliex sfortunatament s'issa kien jeúisti ammont ta' duplikazzjoni u allura sparpaljar ta' riúorsi. Dan il-pajjiú úgóir din il-óela ma jiflaóiex;
(iv) dawn il-Kummissjonijiet Ko-ordinattivi, komposti minn persuni b'impenn íenwin fil-qasam soðjali u b'esperjenza kbira f'dan il-qasam, góandhom ukoll, fuq baúi kontinwa, jevalwaw il-búonnijiet, kif ukoll il-programmi ta' óidma li jkunu qed jitwettqu fil-qasam soðjali f'pajjiúna. Din it-tip ta' evalwazzjoni u programmar, ma tistax issir biss minn xi Pjan Nazzjonali, kif forsi qed tipproponi l-Assoðjazzjoni, jew minn xi programm ta' úvilupp riíidu;
(v) id-direzzjoni fil-qasam soðjali toóroí ukoll mill-Business Plans tad-Dipartimenti u ta' l-Aíenziji konðernati, li ðertament illum qed jitóejjew b'aktar serjetà;
(vi) il-Ministeru jixtieq jagómel referenza wkoll góall-kumment ta' l-Assoðjazzjoni dwar l-hekk imsejjóa 'pagi medjokri' tal-óaddiema fil-qasam soðjali. Kellu jkun proprju úewí impjegati tal-Programm Óidma Soðjali (Social Welfare Development Programme) li jagómlu dan il-kumment, impjegati li góandhom pagi aqwa minn dawk li jaódmu fl-istess qasam fis-Servizz Pubbliku;
(vii) il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg, inkluú is-salarji ta' dawk li jaódmu fil-qasam soðjali fis-Servizz Pubbliku huma determinati mill-Ftehim li kienu intlaóqu bejn il-Gvern u l-Unions xi snin ilu u l-possibiltà ta' tibdil u ta' titjib f'dan il-Ftehim trid tiíi kkunsidrata fil-qafas íenerali tar-relazzjonijiet industrijali fis-Servizz Pubbliku.
(viii) F'dan il-kuntest irid jingóad li l-mili ta' vakanzi góall-allegat nuqqas ta' staff góandu jsir skond il-parametri mfassla mill-Business Plans ta'l-Aíenziji li jaódmu f'dan il-qasam u anke fl-góarfien tal-politika korrettiva li qed jaddotta l-Gvern biex ir-reklutaíí fis-settur pubbliku jsir bil-galbu u strettament fejn ikun meótieí biex jiíu evitati d-duplikazzjoni u l-óela ta' flus.
(ix) Finalment, dwar il-liíi li tirregola l-óaddiema f'dan il-qasam il-Ministeru jgóarraf li l-abbozz tagóha hu lest u qed jiíi diskuss fil-livelli propiúji.
(x) Hu permezz ta' dawn il-miúuri kollha li l-Ministeru jsostni li qed jagóti l-aójar servizzi ta' Óarsien Soðjali, servizzi li jqiegódu dejjem l-ewwel dawk fis-soðjetà tagóna l-aktar li góandhom búonn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922