Zjara tal-Ministru Michael Farrugia fid-dar ghall-Anzjani li qed tinbena f'Bormla
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja ghamel zjara fuq is-sit fejn qed tinbena d-Djar ghall-Anzjani f'Bormla. L-istruttura tal-bini waslet fil-fazi finali u issa nbeda x-xoghol mekkaniku u elettriku fuq dan il-bini.
F'kelmtejn mal-gurnalisti, il-Ministru Michael Farrugia tkellem dwar il-politika tal-Gvern dwar id-Djar ghall-Anzjani. Filwaqt li sejjer isir kull sforz biex jinfethu aktar djar godda ghall-anzjani, ser jinbeda ukoll programm ta' titjib u modernizzar fuq id-djar li diga` huma miftuha. F'dan il-programm ta' modernizzar u titjib, l-enfazi sejra tkun fuq l-accessibilita` biex l-anzjani jsibuha aktar facli li jkompli jghixu bl-akbar mod possibbli hajja indipendenti.
It-Tabib Farrugia tkellem ukoll fuq l-eventwalita` ta' tkabbir fl-istruttura ta' xi whud mid-Djar ghall-Anzjani. Fost id-djar li fuqhom qed isiru pjanijiet kif dan it-tkabbir jista' jsir, hemm dawk ta' Floriana, l-Imsida u l-Mosta.
Il-Ministru Farrugia tkellem ukoll dwar it-tmexxija ta' dawn id-Djar ghall-Anzjani. Huwa semma li l-politika ingenerali tal-Gvern hi li jaghti l-akbar spazju ghall-inizjattiva privata. Il-Ministru tenna li dan il-politika tista' tithaddem b'ghaqal anke f'dan is-settur. Bhala ezempju semma l-kaz tat-tmexxija tad-Dar ta' l-Anzjani taz-Zejtun. Hemmehkk, wara l-hrug ta' tender, is-settur privat, flimkien mal-Gvern, qed imexxu b'success din id-Dar ghall-Anzjani. Il-Ministru sostna li fit-tmexxija tad-Djar ta' l-Anzjani irid jithaddem bil-ghaqal dan il-kuncett fejn il-privat jippartecipa fit-tmexxija. Huwa bit-twettiq ta' din il-politika li wiehed jista' jilhaq il-ghan li jigi offrut servizz ghall-anzjani li hu cost effective. Il-Ministru Farrugia enfasizza li minkejja il-kuncett ta' cost effectiveness fis-servizzi li noffru ghandu jkun il-mira taghna, qatt ma rridu ninsew li finalment hu lic-cittadin li rridu nissodisfaw.
Il-Ministru Michael Farrugia tkellem ukoll kif il-pressjoni fuq l-istat biex joffri dejjem aktar facilitajiet ghall-anzjani minn dejjem kienet. Huwa semma li ricentament persuna urietu minuti ta' laqghat ufficjali fejn hareg car li kemm fl-1951, kif ukoll fl-1957 kien hemm problemi fl-iSptar San Luqa biex jigi kkontrollat in-numru ta' kazijiet socjali (jigifieri kazijiet ta' anzjani li jiddahhlu l-iSptar u jigu abbandunati hemmhekk). Sfortunatament, din il-problema ghadha maghna. Il-Ministru wera t-thassib tieghu fuq il-fatt li llum anqas familji saru jaccettaw li jzommu maghhom lill-anzjani u n-numru sar dejjem akbar ta' dawk li jippretendu li l-istat ghandu jipprovdi biex jaghti kenn lill-anzjani meta jilhqu certu eta'.
It-Tabib Michael Farrugia ta' wkoll ftit storja wara dan il-bini fejn mhux kollox kien ward u zahar. Is-sit fejn kien hemm bini qadim, inxtara minghand il-knisja ghas-somma ta' Lm250,000. Il-flus mghoddija lill-knisja kellhom jintefqu mill-istess Knisja biex jinholoq Crisis Intervention Centre, f'Bormla
Fuq mistoqsija tal-gurnalisti, s-Sindku is-Sur Joe Carbonaro li kien prezenti ghal din iz-zjara, qal li sa issa l-Knisja ghadha ma fethitx dan il-Crisis Intervention Centre.
Meta x-xoghol ta' eskavazzjoni beda jsir biex jitnehhew l-istrutturi l-antiki, nstab li kien hemm barriera u bjar. Ghaldaqstant, l-ispiza biex saru l-pedamenti l-godda gholiet b'Lm126,000. Din iz-zjieda fl-ispiza tirrapprezenta 22% tan-nefqa totali fuq xoghol tal-bini. Id-Dar ghall-Anzjani ta' Bormla hi mistennija li tigi tiswa mat-Lm2,500,000 u mistennija tkun lesta lejn l-ahhar tas-sena d-diehla. Il-perita li hi responsabbli minn din id-Dar, Jean Frendo, inkorporat b'mod arkitettoniku l-kappella ta' l-inhawi fl-istruttura shiha ta' din il-binja, li hija maqsuma fuq 7 sulari. Ta' min wiehed isemmi, li hu pprogettat li l-ilma li ser jintuza f'din id-Dar ghall-Anzjani ser ikun imsahhan permezz ta' solar heating panels, sabiex issir ekonomija fuq l-energija.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922