Iz-zjara tal-Ministru George Vella fit-Tunezija
Il-Ministru George W. Vella l-bierah wara nofs in-nhar kellu laqghat f'Tunez mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Tunezin Sail Ben Mustapha.
Il-laqghat inzammu fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ta' Tunez u tkomplew filghaxija waqt cena ufficjali li ghaliha attendew ukoll Ministri Tunezini ohra, u ufficjali gholja.
F' laqgha bejn iz-zewg Ministri gew diskussi b'mod partikolari, il-problema tal-konfini tal-blata territorjali taz-zewg pajjizi, u l-kaz ta' l-ajruplan Piper Lance li gheb fi triqtu bejn Tunez u Malta.
Aktar tard fil-laqgha plenarja, il-Ministri ddiskutew is-sitwazzjoni prezenti tar-relazzjonijiet bilaterali, u mezzi u toroq kif dawn ir-relazzjonijiet jistghu jitjiebu u jaghtu aktar frott.
Giet diskussa d-data tat-tielet Kummissjoni Mhallta (Mixed Commission) li mistennija tiltaqa' f' Malta.
Iz-zewg nahat iddiskutew numru ta' suggetti ta' interess komuni, fosthom ir-relazzjonijiet li z-zewg pajjizi qeghdin jizviluppaw ma' l-Unjoni Ewropea, il-Process EwroMediterranju u b'mod partikolari, il-problema tal-Lvant Nofsani u terrorizmu fl-Algerija.
Illum, il-Ministru George Vella mistenni jkollu laqghat mal-Prim Ministru tat-Tunezija Hamed Karoni u ma' ghadd ta' Ministri ohra.
It-Tabib George Vella u d-delegazzjoni tieghu mistennija jirritornaw Malta tard bil-lejl illum.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922