L-Ambaxxatur Taljan jiltaqa' mal-Ministru Alfred Portelli
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu kellu laqgha ta' kortesija ma' l-Ambaxxatur Taljan ghal Malta, Signor Giancarlo Riccio, fil-Ministeru f'Beltissebh, il-Furjana. F'din il-laqgha, il-Ministru fisser lill-Ambaxxatur il-politika tal-Gvern dwar il-housing u anke semma l-isforzi li qieghed jaghmel il-Ministeru tieghu biex itaffi l-problema akuta tal-housing.
L-Ambaxxatur tkellem ukoll dwar il-problemi ta' housing li hemm fl-Italja u li huwa jinsab dejjem lest li jigu esplorati toroq ta' koperazzjoni bejn Malta u l-Italja anke fil-qasam tad-djar.
Prezenti ghal-laqgha kien hemm is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti, is-Sur Alex Vella, Segretarju Privat, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru, is-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali u s-Sur John Spiteri, ufficjal fl-istess Ministeru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922