Posizzjoni komuni ghal zona ta' kummerc hieles ma' l-Unjoni Ewropea
Fil-gimghat li gejjin il-Gvern, il-Federazzjoni ta' l-Industrija, il-Kamra tal-Kummerc u l-GRTU se jtemmu l-hidma taghhom fit-tifsil ta' pozizzjoni komuni li biha jkunu jistghu jigu negozjati l-ahjar kundizzjonijiet possibbli ghal ftehim ta' zona ta' kummerc hieles ma' l-Unjoni Ewropea. Fl-istess waqt li titwaqqaf l-infrastruttura istituzzjonali u legislattiva mehtiega biex tigi ikkoordinata u mmexxija l-ghajnuna ta' ristrutturazzjoni. Dan qalu l-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant, illum, meta inawgura linja gdida ta' produzzjoni fil-fabbrika MCL Components Ltd fil-qasam industrijali ta' Bulebel. Dan se jsir biex sat-tieni nofs ta' Gunju jsiru t-tahditiet ma' grupp tekniku mill-Kummissjoni Ewropea li se jkun Malta biex jiddiskuti l-ghajnuna ta' l-Unjoni Ewropea fir-ristrutturazzjoni.
Il-Prim Ministru qal li l-liberalizzazzjoni tal-kummerc ma' l-aktar sieheb kummercjali storikament importanti, l-Unjoni Ewropea, se tohloq l-istumulu mehtieg ghall-modernizzazzjoni tas-settur industrijali tradizzjonali taghna. Fil-fatt il-bini tal-pont bejn is-settur tradizzjonalment orjentat lejn is-suq lokali u s-settur orjentat lejn is-swieq internazzjonali, jista' jsir biss jekk jirnexxielna naghmlu l-qabza bejn is-suq domestiku u dak ta' l-esportazzjoni. Dan mhux se jigri mil-lejl ghan-nhar, qal il-Prim Ministru, izda jehtieg li jsehh permezz ta' process li jkun ihaddan kemm il-liberalizzazzjoni, kemm ir-ristrutturazzjoni.
'Quddiemna ghandna sfida li ma tistax tibqa' tigi posposta aktar. L-istorja taghna bhala nazzjon li qed tindustrijalizza ruhha bis-snajja' li ghandhom in-nies taghna u s-sens ta' inizjattiva li dejjem mexxiena fit-toroq wesghin ta' l-intrapriza u tal-hidma qawwija, ilkoll juru li se nimmodernizzaw l-industrija taghna b'success. Ghajnuna iffokata lil dawk l-industriji li jehtieg jirristrutturaw sabiex ikunu jistghu jilqghu kontra l-impatt tal-liberalizzazzjoni u jahtfu l-opportunitajiet li din iggib maghha, se tohloq l-appogg mehtieg ghal-liberalizzazzjoni sabiex din tkun tista' tissarraf f'modernizzazzjoni effikaci', qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru irrefera ghall-istqarrija tal-FOI dwar it-titjib fil-bejgh tad-ditti ta' manifattura taghna - fis-suq lokali u fis-swieq ta' l-esportazzjoni - li kien hemm fl-ahhar nofs tal-1997. Dr. Sant sahaq fuq il-fatt li issa l-industrija lokali qed turi xaqliba posittiva bil-maqlub ta' dik negattiva li bdiet fl-1995. Il-Prim Ministru semma wkoll t-thassib dwar il-livelli ta' qligh ta' ditti li kienu draw jiddependu minn bejgh lokali u li issa qed jaghmlu hilithom biex jidhlu fis-swieq ta' barra.
Il-Prim Ministru stqarr li jaqbel mal-fehma tal-FOI li l-impenn tal-Gvern li jghin fir-ristrutturazzjoni bi shab mal-Korpi Kostitwiti u b'konsultazzjoni qawwija mat-Trade Unions ghandu jqawwi l-qalb tal-intraprizi biex iharsu 'l quddiem u jhaddmu metodi aktar moderni u kompetittivi. Dr. Sant qabel ukoll mal-FOI li aktar ma jibdew malajr il-processi tal-liberalizzazzjoni u r-ristrutturazzjoni bl-irqaqat kollha, ikun ahjar ghal kulhadd. Il-Gvern qieghed jaghmel sehmu fix-xoghol ta' thejjija, qal il-Prim Ministru, li sahaq li huwa fiducjuz li s-settur privat se jaghmel bhall-Gvern ukoll.
Il-Prim Ministru qal li l-inawgurazzjoni ta' din it-tekonologija gdida fl-MCL Components Ltd hija sinjal li mexjin gmielna fit-triq tas-success biex neghlbu n-nuqqasijiet li kien hemm bejn l-industrija lokali orjentata lejn is-suq lokali u s-settur modern orjentat lejn is-swieq internazzjonali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922