Laqgha Preparatorja biex jitwaqqaf il-Forum Parlamentari Ewro-Mediterranju
Il-Laqgha Preparatorja tal-process Ewro-Mediterranju sabiex jigi mwaqqaf Forum Parlamentari ntemmet il-bierah filghodu, meta il-membri prezenti qablu fuq statement finali. Ta' min ifakkar li dan id-djalogu parlamentari tqajjem minn Malta waqt it-tieni Konferenza Ministerjali tal-process li saret Malta s-sena l-ohra. Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, kien ghamel proposta lill-Konferenza f'dan ir-rigward.
Huwa previst li l-ewwel laqgha tal-Forum Parlamentari issir fil-Parlament Ewropew fi Brussels, liema laqgha tkun presjeduta minn rapprezentant tal-Parlament Ewropew flimkien ma' membru mill-pajjizi Mediterranji.
Sadanittant, ghandu jinholoq bureau sabiex jikkordina x-xoghol ta' preparazzjoni, waqt li Malta u l-Parlament Ewropew ikomplu jezercitaw il-Ko-presidenza tal-Forum sa l-ewwel laqgha. Huwa ntiz ukoll li jinholoq Segretarjat Kongunt tal-Forum.
Il-laqgha ta' Malta kienet presjeduta mill-Ispeaker tal-Kamra, in-Nutar Myriam Spiteri Debono, flimkien ma' Antoni Guiterrez Diaz, il-Vici President tal-Parlament Ewropew.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922