Iffirmat il-Ftehim kollettiv ghall-haddiema ta' l-Awtorita' tad-Djar
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, qal li l-haddiema ma' l-Awtorita' tad-Djar se jgawdu zjidiet fil-pagi u titjib fil-kundizzjonijiet tax-xoghol.Dan se jsir permezz ta' ftehim li gie ffirmat bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-Union Haddiema Maghqudin. Dan il-ftehim beda jghodd fl-1 ta' Jannar 1998 u se jibqa' fis-sehh ghat-tlett snin li gejjin. L-Awtorita' timpjega 65 ruh, fosthom ghadd ta' teknici.
Is-Sur Portelli, li attenda ghall-iffirmar, ferah lill-partijiet ghall-mod kif mexxew it-tahditiet u awgura gejjieni sabih ghall-impjegati ta' din l-Awtorita', li huwa sejjah bhala l-akbar agenzija ta' housing fil-pajjiz.
Huwa qal li l-Awtorita' tad-Djar illum ghandha quddiemha sfidi kbar u dan ghaliex f'dawn l-ahhar 18-il xahar firxet il-hidma taghha u dahlet f'oqsma godda u impenjattivi u ta' servizz ghac-cittadini.
Il-Ministru zied jghid li llum din l-Organizzazzjoni qeghda thaddem b'mod esklussiv l-iskemi kollha ta' ghajnuna li l-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali ntroduca jew tejjeb fil-qasam tal-housing. Huwa qal ukoll li f'dan iz-zmien l-Awtorita' intensifikat l-isforzi taghha biex thajjar sidien privati biex ibieghulha l-propjeta' battala taghhom, haga li qed tirnexxi u li dalwaqt se tibda taghti l-frott.
Is-Sur Gejtu Vella, Segretarju Generali l-gdid tal-U.H.M. li attenda ghall-iffirmar tal-ftehim kollettiv esprima s-sodisfazzjon tieghu ghat-titjib fil-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xoghol li minnhom se jgawdu l-haddiema. Huwa fahhar ir-relazzjonijiet industrijali tajba li jezistu bejn il-Management u l-Union u awgura li dawn ikomplu.
Il-ftehim kollettiv gie iffirmat mis-Sur Victor Galea, Chairman ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager u s-Sur Gejtu Cutajar, Segretarju tat-Taqsima tal-Parastatali tal-Union Haddiema Maghqudin u s-Sur Christopher Gatt, Shop Steward.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922