Ministri jiddiskutu l-pjan ta' zvilupp ghan-Nofsinnhar ta' Malta
Ministri u ufficjali gholja fil-Ministeri taghhom dal-ghodu ddiskutew il-Pjan ta' Zvilupp Socjo-Ekonomiku ghan-Nofsinhar ta' Malta f'laqgha ta' briefing li saret ghalihom fi Project House, il-Furjana.
Din il-laqgha nfethet ufficjalment mill-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, li huwa responsabbli mill-Kunsill ta' l-Ippjanar li fassal dan il-pjan. Il-Ministru Portelli semma l-oqsma differenti li jkopri l-pjan, fosthom dak socjali, ekonomiku, ambjentali u infrastrutturali.
Huwa qal li dan il-pjan kien gie mniedi mill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant f'April tas-sena l-ohra u biex ihejjieh kien inhatar Kunsill ta' l-Ippjanar maghmul minn esperti u minn ufficjali li jirrapprezentaw diversi dipartiment tas-Servizz Civili u anke l-Kunsilli Lokali. Fosthom kien hemm ukoll il-Ministru bla Portafoll, is-Sur Joe Mizzi, li kien jirrapprezenta l-Membri Parlamentari tar-Regjun.
L-Onor. Portelli qal li din kienet bicca xoghol monumentali kemm ghar-rapport voluminuz tal-Pjan u anke ghall-mijiet ta' laqghat ta' konsultazzjoni li saru biex thejja. Huwa qal li bizzejjed wiehed isemmi li dan il-Pjan thejja f'disa' xhur li matulhom saru mhux inqas minn 413-il laqgha formali u ghexieren ta' laqghat inqas formali.
Fil-laqgha tal-lum tkellem il-Perit Lino Bianco, Chairperson tal-Kunsill ta' l-Ippjanar li ghamel prezentazzjoni generali tal-Pjan, il-Perit Vince Cassar, Membru tal-Kunsill u Direttur Generali fil-Ministeru tax-Xoghlijiet u Kostruzzjoni li tkellem dwar inizjattivi konnessi mal-Pjan, u s-Sur Tony Degiovanni, membru tal-Kunsill li tkellem dwar il-Pjan u l-Kunsilli Lokali.
Wara dawn id-diskorsi saret diskussjoni usa' dwar il-pjan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922