Jintemm Kors Internazzjonali organizzat mill-International Institute on Ageing
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, t-Tabib Michael Farrugia llum attenda ghac-cerimonja ta' l-Gheluq tal-Course internazzjonali organizzat mill-'International Institute on Ageing' (I.N.I.A.) bil-kollaborazzjoni tal-'United Nations Population Fund' (U.N.F.P.A).
Il-Ministru gie pprezentat bir-rapport tal-Course u tax-xoghol li sar matul il-granet tal-Course.
F'kelmtejn ta' l-okkazjoni l-Ministru Michael Farrugia qal li dan il-Course ta c-cans li rapprezentanti minn diversi pajjizi jaqsmu idejat, opinjonijiet u esperjenzi.
Huwa qal li kull pajjiz ghandu jaghti lill-Anzjani l-ghajnuna u s-support necessarju. Fl-ahhar snin tfacca faqar gdid, mhux dak finanzjarju, izda ta' solitudni, dipressjoni u mard iehor relatat maghom.
Il-Ministru enfasizza l-bzonn li l-Gvern jibqa' jsahhah is-servizzi fil-komunita` lill-anzjani u anke fahhar diversi azjendi privati li qed joffru servizzi bi hlas lill-anzjani f'pajjizna. Il-Ministru qal li meta hafna mill-anzjani jiddahlu f'istituzzjoni, jhossuhom imwarba w emarginati mill-familja u mis-socjeta`.
Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li aktar anzjani ghandhom jigu nkoraggiti li jghixu fi djarhom. Huwa semma' li nisa li ma jahdmux u jiehdu hsieb il-genituri taghhom huma ntitolati ghall-penzjoni specjali. Fl-ahhar Assemblea tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha, Hilary Clinton qalet li fl-Amerika ghad hemm problema fis-Servizzi Socjali li mhix ferhana biha. Il-problema hija li dawk in-nies li jaqalghu l-anqas, l-istat ma joffrilhomx servizzi tas-sahha adekwati.
Il-Ministru Michael Farrugia sahaq il-bzonn li bhal hafna pajjizi zviluppati u li qed jizviluppaw jigu sostnuti l-Welfare State.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922