Left arrow Mur Lura

L-Upgrading tal-Villaggi tas-Snajja fi stadju avvanzat

PR0929
Date Icon 21/05/1998

F'diskors li ghamel waqt zjara fil-fabbrika ta' Mdina Glass Ltd. f'Ta' Qali, il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, habbar li l-upgrading tal-villagg tas-snajja' ta' Ta' Dbiegi (Ghawdex) issa wasal fi stadju avvanzat u huwa mistenni li l-ftuh ufficjali tal-villagg isir fil-futur qarib.

Il-Ministru qal li bl-upgrading tal-villaggi tas-snajja' f'Malta u Ghawdex il-Gvern qed juri l-impenn tieghu sabiex jippromwovi l-artiggjanat Malti. Fil-gimghat li gejjin il-Gvern se jkun qed jifformula makkinarju u strutturi godda sabiex is-snajja' tradizzjonali Maltin jinghataw l-ghajnuna kollha possibbli.

Dr. Attard Montalto emfasizza l-importanza li l-villaggi tas-snajja' jkunu tassew vetrina tal-prodotti artiggjanali Maltin. Huwa stqarr li certi stabbilimenti jbieghu prodotti importati minflok prodotti artiggjanali Maltin u emfasizza li l-Gvern se jkun qed jopponi dawn l-abbuzi.

Mdina Glass Ltd. kienet l-ewwel impriza li bdiet topera f'Ta' Qali u llum ila aktar minn 30 sena stabbilita. Il-kumpanija thaddem 50 ruh u tipproduci hgieg dekorattiv mahdum bl-idejn. Mdina Glass tesporta 35 fil-mija tal-produzzjoni taghha direttament lejn il-Grecja, il-Gappun, il-Germanja, ir-Renju Unit u l-Izvezja. Mal-45 fil-mija tal-produzzjoni hi esportata indirettament meta l-prodotti jinbieghu lit-turisti li jzuru l-villagg tas-snajja'.

Waqt iz-zjara, il-Ministru Attard Montalto nnota li l-process artiggjanali jiddependi hafna fuq il-hila tal-haddiema. Huwa qal li hu ta' min jinnota li "l-kumpanija tinvesti b'mod konsiderevoli fit-tahrig tal-haddiema u f'xiri ta' fran. Fl-istess hin, fi sforz biex ittejjeb is-servizz lill-klient taghha, il-kumpanija introduciet metodu gdid ta' kif jinhadem il-hgieg maghruf bhala lamp work. Dan jikkonferma li anki imprizi artiggjanali ghandhom bzonn li jgeddu lilhom nfushom sabiex jaffrontaw is-swieq, kemm lokali u kemm internazzjonali, b'mod kompetittiv."
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow