L-Upgrading tal-Villaggi tas-Snajja fi stadju avvanzat
F'diskors li ghamel waqt zjara fil-fabbrika ta' Mdina Glass Ltd. f'Ta' Qali, il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, habbar li l-upgrading tal-villagg tas-snajja' ta' Ta' Dbiegi (Ghawdex) issa wasal fi stadju avvanzat u huwa mistenni li l-ftuh ufficjali tal-villagg isir fil-futur qarib.
Il-Ministru qal li bl-upgrading tal-villaggi tas-snajja' f'Malta u Ghawdex il-Gvern qed juri l-impenn tieghu sabiex jippromwovi l-artiggjanat Malti. Fil-gimghat li gejjin il-Gvern se jkun qed jifformula makkinarju u strutturi godda sabiex is-snajja' tradizzjonali Maltin jinghataw l-ghajnuna kollha possibbli.
Dr. Attard Montalto emfasizza l-importanza li l-villaggi tas-snajja' jkunu tassew vetrina tal-prodotti artiggjanali Maltin. Huwa stqarr li certi stabbilimenti jbieghu prodotti importati minflok prodotti artiggjanali Maltin u emfasizza li l-Gvern se jkun qed jopponi dawn l-abbuzi.
Mdina Glass Ltd. kienet l-ewwel impriza li bdiet topera f'Ta' Qali u llum ila aktar minn 30 sena stabbilita. Il-kumpanija thaddem 50 ruh u tipproduci hgieg dekorattiv mahdum bl-idejn. Mdina Glass tesporta 35 fil-mija tal-produzzjoni taghha direttament lejn il-Grecja, il-Gappun, il-Germanja, ir-Renju Unit u l-Izvezja. Mal-45 fil-mija tal-produzzjoni hi esportata indirettament meta l-prodotti jinbieghu lit-turisti li jzuru l-villagg tas-snajja'.
Waqt iz-zjara, il-Ministru Attard Montalto nnota li l-process artiggjanali jiddependi hafna fuq il-hila tal-haddiema. Huwa qal li hu ta' min jinnota li "l-kumpanija tinvesti b'mod konsiderevoli fit-tahrig tal-haddiema u f'xiri ta' fran. Fl-istess hin, fi sforz biex ittejjeb is-servizz lill-klient taghha, il-kumpanija introduciet metodu gdid ta' kif jinhadem il-hgieg maghruf bhala lamp work. Dan jikkonferma li anki imprizi artiggjanali ghandhom bzonn li jgeddu lilhom nfushom sabiex jaffrontaw is-swieq, kemm lokali u kemm internazzjonali, b'mod kompetittiv."Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922