F'Settembru se ssir it-tifkira ufficjali f'gieh Oreste Kirkop
F'Settembru li gej, se ssir tifkira ufficjali tat-tenur maghruf Malti Oreste Kirkop, fis-Sala ta' l-Ambaxxaturi, fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Oreste Kirkop ghamel isem ghal art twelidu bis-sehem kbir li ta fil-qasam tal-lirika. Fost hidmiet artistici ohra, Kirkop hadem il-parti ewlenija tal-film muzikali The Vagabond King li kien gibed folol kbar fis-swali tac-cinema f'Malta tas-snin hamsin. Izda l-aqwa waqtiet ta' Kirkop kienu fit-teatri tal-lirika u ta' l-opra fejn deher bis-shih it-talent kbir tieghu.
L-Ufficcju tal-Prim Ministru kien wera x-xewqa u l-fehma li t-tifkira ta' dan l-artist ssir malli thabbret l-ahbar hazina ta' mewtu. Madankollu, il-qraba ta' Kirkop urew ix-xewqa li, ghal ragunijiet familjari, it-tifkira ma ssirx ghalissa, imma fix-xahar ta' Settembru. L-Ufficcju tal-Prim Ministru laqa' din ix-xewqa.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922