Il-Ministru Michael Farrugia jara xoghol ta' manutenzjoni fl-Isptar Monte Carmeli
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia zar l-Isptar Monte Carmeli fejn ra ix-xoghol ta' manutenzjoni li qieghed isir bhalissa f'diversi swali.
It-Tabib Farrugia ghamel din iz-zjara wara li qassam rigali lin-nisa residenti f'dan l-isptar bhala parti mill-attivitajiet li jsiru fl-isptarijiet ta' Malta u Ghawdex ghal Jum l-Omm.
Huwa qal li c-cittadini Maltin u Ghawdxin ghandhom innehhu kull stigma li tezisti lejn pazjenti b'mard mentali. Huwa sostna li meta dawn il-pazjenti jittiehdu f'postijiet ta' divertiment u jkollhom ic-cans li jithalltu ma' persuni hekk imsejha 'normali' dejjem qatghu figura tajba. Dawk li jistiednu lill-pazjenti fir-ristoranti taghhom, jew joffrulhom granet fil-lukandi taghhom, kwazi dejjem jerghu jistiednuhom. Il-Ministru qal li dan iqawwi qalb dawk kollha li ghandom ghal qalbhom il-gid veru tal-pazjenti.
F'April, grupp ta' pazjenti ttiehdu Ghawdex bil-helicopter u kienet gurnata memorabbli ghalihom ilkoll.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li s-swali ta' l-iSptar Monte Carmeli kienu minsija ghal diversi snin u hafna minnhom jehtieg li jsirilhom refurbishment totali. Hemm swali ohrajn li jinhtiegilhom upgrading.
Il-Ministru Farrugia fakkar il-weghda tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni meta kien jghid li jrid issahhah is-settur tas-sahha. Hekk wieghed u hekk qieghed isir. L-iSptar Monte Carmeli huwa wkoll sptar li jintuza mic-cittadini Maltin u Ghawdxin u ghalhekk il-Gvern prezenti qed iwettaq il-weghda tieghu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922