Il-Ministru Alfred Portelli jhabbar li ser jinbnew appartamenti u garaxxijiet fil-Fgura
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu habbar li l-Gvern mistenni jibni 41 appartament u 40 garaxx fil-Fgura fuq bicca art ta' l-Ufficcju Kongunt, jigieri li qabel kienet tal-Knisja u wara xtraha l-Gvern. Huwa qal li ma' dawn l-appartamenti se jinbnew ukoll tliet hwienet u sub-station. Dan il-progett mistenni jigi jqum Lm605,000. Il-Ministru habbar ukoll li nstabet bicca art ohra fil-Fgura li fuqha jistghu jinbnew 6 postijiet ohra.
Il-Ministru Portelli qal dan f'laqgha li kellu dalghodu mal-Kunsill Lokali tal-Fgura. Huwa qal li l-Fgura llum saret belt li minn bidu ta' ftit mijiet fis-snin hamsin, illum ghandha popolazzjoni ta' 11,000 ruh li b'hekk qabzet anke lil Rahal Gdid. Huwa kompla jghid li minhabba li l-Fgura zviluppat bhala estensjoni ta' bliet u rhula ta' l-inhawi ma thalliex spazju ghal facilitajiet rikreattivi.
Is-Sur Portelli qal li l-Ministeru tieghu ra dan in-nuqqas u ha hsieb li jaghmel gnien. Ix-xoghol fuq dan il-gnien, li huwa imsemmi ghal Patri Redent Gauci, kien inbeda xi xhur ilu izda kellu jieqaf minhabba problemi teknici. Ix-xoghol issa mistenni jkompli ma jdumx. Dan il-gnien mistenni jigi jqum mas-Lm70,000.
Huwa tkellem ukoll dwar il-hidma li twettqet mill-Gvern prezenti biex ikomplu jissahhu l-Kunsilli Lokali u anke l-hidma li qeghda ssir biex jinghataw aktar setghat, fosthom l-istrutturi amministrattivi fi ódan il-Gvern ðentrali bil-æan li jkun assigurat bl-iktar mod effettiv il-kordinament tal-ótiíijiet tal-Kunsilli, bhal per ezempju il-Co-ordinating Unit fi ódan il-Ministeru æax-Xoælijiet Pubbliði u Kostruzzjoni. Il-Kunsilli nghataw ukoll is-servizzi bla hlas ta' madwar 100 óaddiem mid-Divizjoni tax-Xoælijiet Pubbliði sekondati mal-Kunsilli. Twettqet ukoll id-delega tat-tiídid tal-liðenzji tan-negozji mill-1 ta' Jannar 1997.
Waqt il-laqgha kienu ukoll prezenti Ufficjali Gholja mill-Ministeru u mid-diversi Dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922