Zjara ta' kortesija mill-E.T. l-Ambaxxatur Giancarlo Riccio lill-Ministru Michael Farrugia
PR0917
19/05/1998
L-ET l-Ambaxxatur ta' l-Italja Giancarlo Riccio dalghodu ltaqa' mal-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia.
Waqt din il-laqgha huma ddiskutew xi affarijiet relatati mat-tkattir tal-koperazzjoni f'diversi setturi relatati mas-sahha.
Il-Ministru informa lill-ambaxxatur li kien iltaqa' mal-Ministru ghas-Sahha Taljan waqt l-Assemblea Annwali tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha tar-Regjun tal-Ewropa, u hemmhekk tkellmu dwar it-tkomplija tat-tahdidiet halli jigi konkluz il-ftehim bilaterali fis-settur tas-sahha bejn Malta u l-Italja. Barra minn hekk il-Ministru Michael Farrugia spjega kif il-lingwa Taljana giet accettata bhala lingwa rikonoxxuta fuq il-prodotti li jidhlu f'Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922