Zjara tal-Ministru Michael Farrugia f'Ginevra
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia irritorna minn Ginevra fejn attenda ghall-51 Assemblea ta' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha.
It-Tabib Michael Farrugia u d-delegazzjoni Maltija hadu sehem attiv hafna fix-xoghol ta' l-Assemblea li rat il-partecipazzjoni ta' numru kbir ta' Ministri ghas-Sahha li kienu gejjin minn madwar id-dinja kollha.
Il-Ministru Michael Farrugia indirizza l-Assemblea, it-Tlieta li ghaddew. It-tema principali tad-diskors tieghu kien fuq il-fatt li l-pajjizi kollha ghandhom jaghtu sehemhom biex ikun hemm tishih fis-sahha. Il-Ministru Malti ghas-Sahha accenna wkoll ghall-fatt li l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha qeghda taghti emfasi specjali lis-sahha tal-mara. ItTabib Micahel Farrugia spjega kif f'Malta dan il-qasam qed jinghata wkoll prijorita b'numru ta' progetti li gew imnedija fil-gimghat li ghaddew u li huma kollha mmirati biex itejbu s-sahha tal-mara. Punt iehor li sahaq fuqu l-Ministru Malti kienet il-problema tal-hxuna eccessiva, partikolarment fit-tfal. It-Tabib Farrugia enfasizza li f'Malta, d-Dipartiment tas-Sahha ser jintensifika l-hidma tieghu biex din il-problema tingheleb.
Din is-sena, l-Assemblea ta' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha kienet indirizzata minn diversi personalitajiet ewlenin, fosthom: Hilary Clinton, mart il-President Amerikan u minn Fidel Castro, President ta' Kuba.
Fl-ewwel sessjoni ta' l-Assemblea ta' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha, il-Ministru Michael Farrugia gie mahtur membru fuq il-Kumitat tan-Nominazzjonijiet. F'din il-kariga prestigjuza, it-Tabib Michael Farrugia kien responsabbli sabiex flimkien ma' Ministri ohra jinhatru l-ufficcjali ta' l-Assemblea. L-ahhar darba li Malta okkupat din il-kariga prestigjuza kienet 28 sena ilu.
Il-Ministru Michael Farrugia kellu l-opportunita' li jiltaqa' ma' diversi Ministri ghas-Sahha. Huwa kellu tahdidiet mal-Ministru ghas-Sahha tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina Dr Zhang Wenkang. Iz-zewg Ministri komplew it-tahdidiet li kienu nbdew ix-xahar l-iehor f'Malta meta fostna kien gie il-Vici Ministru ghas-Sahha Ciniz.
Tahdidiet ohra saru mal-Professur Z. Reiner, li l-Gvern Kroat ghadu kif hatar bhala Ministru ghas-Sahha ta' dak il-pajjiz. It-Tabib Michael Farrugia kien minn ta' l-ewwel li ferahlu ghal din il-kariga l-gdida. Kemm il-Ministru Malti, kif ukoll l-Ministru Kroat tkellmu fuq il-possibilta li tinbeda koperazzjoni shiha fil-qasam tas-sahha bejn iz-zewg pajjizi Mediterranji.
Il-Ministru Michael Faarrugia kellu laqgha twila u kordjali man-Norvegiza Dr. Gro Bruntland, li waqt din l-Assemblea nhatret Direttur Generali ta' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha. Dr.Bruntland irringrazzjat lill-Gvern Malti talli kien wiehed mill-ewwel pajjizi li wera appogg ghall-kandidatura taghha. Ma' Dr. Bruntland gie discuss kif l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha tista' tkompli tghin halli dejjem jibqa' jitjieb il-livell tas-sahha tal-poplu Malti.
Tahdidiet ohra li kellu l-Ministru Micahel Farrugia kienu ma' Ruth Dreifuss, Vici President ta' l-iSvizzera; Kenneth Calman, it-Tabib Ewlieni tal-Gvern ta' l-Ingilterra; R. Earp, ufficcjal gholi fil-Ministeru tas-Sahha ta' New Zealand u ma' D. Borel, Kap tas-sezzjoni Internazzjonali ta' l-Ghaqda tas-Salib l-Ahmar (Red Cross).
Waqt li l-Ministru Michael Farrugia kien Ginevra, huwa kellu l-opportunita li jattendi ghall-Konferenza tal-Ministri ghas-Sahha fil-Pajjizi tal-Commonwealth, kif ukoll ghall-Konferenza tal-Ministri tas-Sahha li jkunu gejjin mir-regjun Ewropew. Laqgha ohra kienet tal-Ministri ghas-Sahha li huma membri tal-Moviment tal-Pajjizi Mhux Allenijati. Din il-laqgha giet indirizzata wkoll minn Dr. Gro Bruntland.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922