Policy ghat-trasferiment ta' art lil intraprizi kummercjali
Azjendi kummercjali jistghu jakkwistaw propjeta li tkun tmiss ma' taghhom minghand il-Gvern sabiex jespandu l-attivita' taghhom. Din hija policy li giet approvata mill-Gvern bhala mizura ta' inkoraggiment ghat-tkabbir tal-kummerc f'pajjizna.
Din il-policy, li tapplika ghall-intraprizi kummercjali kollha, imma b'mod partikolari ghall-intraprizi turistici, tista' tigi applikata f'kull kaz fejn intrapriza tkun trid tespandi imma l-art li tkun tmiss maghha tkun propjeta tal-Gvern.
L-art tal-Gvern tigi trasferita lill-intraprenditur li ghandu intrapriza ezistenti bil-prezz ta' hamsa u hamsin lira (LM55.00) kull metru kwadru. Din il-policy hija applikabbli darba wahda biss ghal kull intrapriza. Il-hlas li jigi mitlub hu wiehed fiss (flat rate) u ma jiddependix min-natura ta' l-attivita, is-sit ta' l-intrapriza jew ir-raguni ghall-espansjoni.
Il-Gvern lest li jaccetta li l-hlas isir fuq perijodu ta' sentejn, b'rata ta' interess ta' 6%.
Il-Gvern lest li jikkunsidra kull talba li ssir sakemm din tkun ta' beneficcju ghall-pajjiz u ma tkunx ser tigi abbuzata.
Aktar dettalji jinkisbu minghand id-Direttur Generali, Dipartiment ta' l-Artijiet, Auberge de Baviere, Valletta.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922