Il-Ministru Alfred Portelli jzur xoghlijiet fil-Biccieni ta' Haz-Zabbar
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli dal-ghodu ghamel zjara fil-Biccieni f'Haz-Zabbar fejn ra x-xoghlijiet li qeghdin isiru fil-provvista tal-ilma fit-toroq u l-isqaqien ta' din in-naha ta' Haz-Zabbar. Dawn ix-xoghlijiet jaghmlu parti mill-progett ta' bdil ta' kanen tal-ilma f'dawk l-inhawi.
Il-Ministru ltaqa' mal-kuntrattur u mal-haddiema tieghu u heggighom biex jaghtu l-ahjar xoghol. Dan il-progett kien beda f'Novembru li ghadda fejn inbidlu kanen u katusi qodma u mizdudin tal-ilma fi Triq il-Kbira u wara komplew fl-isqaqien li hemm fil-gnub ta' din it-triq. B'kollox tqeghdu mal-2,000 metru ta' kanen. Il-Ministru dal-ghodu seta' jara l-kanen qodma li nbidlu li kienu mizdudin ghal kollox. Ix-xoghol kollu mistenni jintemm fil-gimghatejn li gejjin.
Wara, l-Ministru kellem diversi residenti mill-Biccieni fejn urew l-apprezzament ghall-Gvern Laburista li kien hu li ha hsieb il-problema akuta tal-ilma f'dawn in-nahiet. Huwa ha wkoll l-opportunita' li jidhol ghand residenti li applikaw ghal akkomodazzjoni alternattiva quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali. Fost dawn kien hemm applikant li jinsab f'siggu tar-roti u applikanta li tghix f'kerrejja li ghandha s-soqfa kollha perikoluzi.
Il-Ministru kien akkumpanjat minn Dr. Stefan Buontempo, Konsulent, is-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali u s-Sur Etienne Farrugia, Ufficjal mill-Ministeru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922